Gwardjana u eks uffiċjala tal-ħabs akkużati bil-qtil involontarju ta' Kimberly Borg Nicolas

Kimberly Borg Nicolas wettqet attentat ta’ suwiċidju fil-ħabs u mietet ftit wara f’Mater Dei, f’Ġunju li għadda

Żewġ gwardjani tal-ħabs, li waħda minnhom issa rriżenjat, tressqu l-Qorti akkużati bl-omiċidju involontarju ta’ Kimberly Borg Nicolas li wettqet attentat ta’ suwiċidju fil-ħabs u mietet ftit wara f’Mater Dei, f’Ġunju li għadda.

Iż-żewġ gwardjani nisa, li għandhom 41 u 51 sena, wieġbu mhux ħatja hekk kif dehru quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo dalgħodu.

Inkjesta maġisterjali kkonkludiet li ż-żewġ gwardjani fallew milli jżommu mal-protokolli u kien dan li wassal għall-mewta ta’ Borg Nicolas. Huma kienu akkużati wkoll li wettqu reat li huma kienu fid-dmir li jassiguraw li ma jseħħx.

Omiċidju involontarju jġorr miegħu piena massima ta’ erba’ snin ħabs jew inkella multa li tista’ tlaħħaq il-€11,000.

Il-każ mistenni jkompli s-sena d-dieħla.

Intant, dan il-lejl fil-ħabs seħħet mewta oħra, l-erbatax-il waħda fi żmien it-tmexxija ta’ Alex Dalli.

Dalli ssospenda lilu nnifsu aktar kmieni llum wara laqgħa mal-Ministru u wara pressjoni kbira li saret mill-gazzetta ILLUM u anke min-numru ta’ għaqdiet.

Ta' min ifakkar li bħalissa, il-Pulizija qed tinvestiga l-istorja li ppubblikat il-gazzetta ILLUM, jiġifieri li d-Direttur tal-ħabs Alex Dalli, allegatament, ġieli hedded priġunieri b'arma tan-nar. Ikkonferma dan l-eks gwardjan Emmanuel Cassar.

Intant, apparti minn hekk, għadha għaddejja l-inkjesta ministerjali dwar l-operat tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Kampanja: Inwaqqfu l-ħniżrijiet f'Kordin

Alex Dalli u Randolph Spiteri, l-Assistent tiegħu, qed jippruvaw jagħlqu ħalq il-gazzetta ILLUM b'libell. Dawn jiswew il-flus. L-edituri u l-ġurnalisti għandhom bżonn is-sostenn tagħkom. Din mhijiex biss ġlieda tal-gazzetta ILLUM imma hija ġlieda favur id-dinjità umana u kontra l-ħniżrijiet li għaddejin f'Kordin. Ibgħatu d-donazzjonijiet tagħkom lill-gazzetta ILLUM. Tistgħu tagħmlu dan permezz ta' trasferiment fil-kont b'dawn id-dettalji:

Benefiċjarju:    MediaToday Company Ltd                           

Bank:         Bank of Valletta p.l.c.                         

SWIFT Code:  VALLMTMT                           

IBAN: MT71VALL22013000000040013525383

jew inkella permezz ta' ċekk, indirizzat lil MediaToday Ltd, fuq dan l-indirizz: Mediatoday Ltd. Vjal ir-Rihan San Gwann, SGN9016. 

Il-gazzetta ILLUM għaddejja wkoll b’kampanja illi permezz tagħha qed titlob lin-nies; lil dawk li kienu l-ħabs, lil dawk li għandhom xi ħadd jiġi minnhom li jinsab jew li jaħdem fil-Ħabs jew inkella lil dawk li jaħdmu mal-priġunieri jew inkella l-priġunieri infushom, biex jitkellmu dwar esperjenzi li għaddew minnhom jew li raw fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. 

Il-vuċi tagħkom magħna tista' tbiddel l-affarijiet, fejn dawn mhux qed isiru sew! Għalhekk nistednukom biex tibgħatu email fuq [email protected] jew [email protected] jew inkella iċċemplu fuq in-numru 21382741/ 3 jew 21382745 / 6. 

L-identità tagħkom tibqa' waħda kunfidenzjali jekk intom titolbu għal dan.

More in Qrati u Pulizija