Vittma oħra ta' Kordin; Priġunier jinstab mejjet fiċ-ċella tiegħu

Din hija l-erbatax-il mewta li seħħet fi żmien l-amministrazzjoni preżenti tal-ħabs

Priġunier ieħor instab mejjet dalgħodu fiċ-ċella tiegħu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.

Għal kuntrarju ta' dak li jsir is-soltu, dwar dan ma nħarġet l-ebda stqarrija uffiċjali.

Skont sorsi li tkellmu ma' MaltaToday, jidher li l-priġunier instab mejjet f'Diviżjoni 4.

Il-vittma huwa Indjan u s-suspett huwa li dan wettaq suwiċidju.

Din hija l-erbatax-il mewta li seħħet fi żmien l-amministrazzjoni preżenti tal-ħabs.

Dwar il-każ għaddejja inkjesta maġisterhali.

Ta' min ifakkar li l-Gvern kien waqqaf bord li qed jevalwa s-sitwazzjoni u l-proċeduri fil-ħabs. Il-Bord kellu jagħti r-rapport tiegħu lill-Ministeru għall-Intern f'Ottubru li għadda iżda talab estensjoni.

Apparti minn hekk, bħalissa, il-Pulizija qed tinvestiga l-istorja li ppubblikat il-gazzetta ILLUM, jiġifieri li d-Direttur tal-ħabs Alex Dalli, allegatament, ġieli hedded priġunieri b'arma tan-nar. Ikkonferma dan l-eks gwardjan Emmanuel Cassar.

Ta' min ifakkar ukoll li l-gazzetta ILLUM ilha aktar minn xahar tibgħat mistoqsijiet kemm lid-Direttur tal-ħabs Alex Dalli u anke l-Ministeru għall-Intern iżda l-ebda email qatt ma ġiet imwieġba. L-ILLUM hija wkoll ġimgħat titlob intervista ma' Alex Dalli.

Aqra wkoll:

Alex Dalli u Randolph Spiteri, l-Assistent tiegħu, qed jippruvaw jagħlqu ħalq il-gazzetta ILLUM b'libell. Dawn jiswew il-flus. L-edituri u l-ġurnalisti għandhom bżonn is-sostenn tagħkom. Din mhijiex biss ġlieda tal-gazzetta ILLUM imma hija ġlieda favur id-dinjità umana u kontra l-ħniżrijiet li għaddejin f'Kordin. Ibgħatu d-donazzjonijiet tagħkom lill-gazzetta ILLUM. Tistgħu tagħmlu dan permezz ta' trasferiment fil-kont b'dawn id-dettalji:

Benefiċjarju:    MediaToday Company Ltd                           

Bank:         Bank of Valletta p.l.c.                         

SWIFT Code:  VALLMTMT                           

IBAN: MT71VALL22013000000040013525383

jew inkella permezz ta' ċekk, indirizzat lil MediaToday Ltd, fuq dan l-indirizz: Mediatoday Ltd. Vjal ir-Rihan San Gwann, SGN9016. 

Il-gazzetta ILLUM għaddejja wkoll b’kampanja illi permezz tagħha qed titlob lin-nies; lil dawk li kienu l-ħabs, lil dawk li għandhom xi ħadd jiġi minnhom li jinsab jew li jaħdem fil-Ħabs jew inkella lil dawk li jaħdmu mal-priġunieri jew inkella l-priġunieri infushom, biex jitkellmu dwar esperjenzi li għaddew minnhom jew li raw fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. 

Il-vuċi tagħkom magħna tista' tbiddel l-affarijiet, fejn dawn mhux qed isiru sew! Għalhekk nistednukom biex tibgħatu email fuq [email protected] jew [email protected] jew inkella iċċemplu fuq in-numru 21382741/ 3 jew 21382745 / 6. 

L-identità tagħkom tibqa' waħda kunfidenzjali jekk intom titolbu għal dan.

More in Kronaka