'Wasal il-mument li tkunu tafu kollox dwar kulħadd, min kien involut magħna! - Degiorgio lill-familja Caruana Galizia

Il-lejl fil-Qorti kompla b'aktar żviluppi hekk kif Alfred u George Degiorgio bdew jindirizzaw lill-familja fost l-għajjat u storbju li kkaraterizzaw il-mumenti wara s-sentenza...

Illejla kienet immarkata minn żvilupp mill-aktar jaħraq u drammatiku fil-Qorti hekk kif minkejja li kien għadu jibda l-ġuri kontra l-aħwa Alfred u George Degorgio, dawn ammettew il-ħtija għal sitt akkużi miġjubin kontrihom. Dawn huma: L-omiċidju ta' Caruana Galizia, l-ikkawżar ta' splużjoni li wasslet għall-mewt ta' persuna, il-pussess illeċitu ta' splussivi, konfoffa bil-għan li jitwettaq qtil, organizzar jew finanzjament ta' organizzazzjoni bil-għan li jitwettaq reat u parteċipazzjoni f'konfoffa ta' żewġ persuni jew aktar bl-intenzjoni li jitwettaq reat.

Imma wara li ngħatat is-sentenza ta' 40 sena priġunerija u €42,930 kull wieħed fi spejjeż kontra l-aħwa, George Degiorgio dar fuq il-familja u qallhom hekk: “Irridu niskużaw ruħna magħkom għal li għamilna. Però issa se tkunu tafu kull min kien involut, kull min kellu x’jaqsam, either way."

Alfred Degiorgio qam mill-wheelchair u ħares lejn l-avukat tal-familja Jason Azzopardi  u Peter Caruana Galizia u qalilhom: “Wasal il-mument li tkunu tafu kollox dwar kulħadd, min kien involut magħna!"

Fl-awla kien hemm għajjat u storbju b'bosta jirrimarkaw li l-aħwa ma setgħux jitkellmu mal-familja. 

Ara x'qal il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni wara din is-sentenza u ara x'qalet il-President tal-Parlament Ewropew.

More in Qrati u Pulizija