Daniel Xuereb ma nstabx ħati mill-Qorti illi f’Jannar tas-sena l-oħra, hedded jew insulenta lill-Pastor Gordon John Manchè meta ċċajta li River of Love “għandha tiġi bbumbardjata mill-ajru”.
Il-Qorti qalet li r-rimarka ta’ Xuereb kienet ċajta, “bit-theddida” ta’ Xuereb titqies waħda mhux realistika fil-kuntest tal-liġi tant li Xuereb żgur m’għandux il-mezzi biex jordna bbumbardjament.
Intant il-qorti żiedet tgħid li Xuereb qal il-kliem biex idaħħaq u mhux biex jinstiga mibegħda, minkejja li kien kliem dispreġġjattiv lejn Manchè.
Għaldaqstant, Xuereb inħeles minn kull akkuża.
Xuereb, satarist, huwa wieħed minn tliet artisti li fi ftit żmien tressqu l-Qorti wara rapporti minn Manchè.
Huwa kien qal li ħassu offiż biċ-ċajt tagħhom, kemm dwaru u anke dwar it-twemmin tal-organizzazzjoni.
Ir-rapporti kienu inizzjalment bdew kontra is-satarista Matthew Bonanno, il-kreatur tal-paġna bis-Serjetà, fid-9 ta’ Jannar 2023.
Il-Maġistrat Kevan Azzopardi ppresieda l-każ.
L-Ispettur Eman Hayman mexxa l-Prosekuzzjoni.
L-avukati Cedric Mifsud, Kirk Brincat u Ian Barbara rrappreżentaw lil Xuereb.
L-avukati Silvio Brincat u Jeanine Said irrappreżentaw lil Manchè.