Qtil Daphne | 'Pass 'il quddiem... determinati li naraw ġustizzja sħiħa għall-familja u għal Malta' - Il-Prim Ministru

Il-Kap tal-Oppożizzjoni ukoll saħaq li dak li ġara llejla hu pass ieħor lejn it-twettiq tal-ġustizzja, u sostna wkoll li hemm bżonn toħroġ il-verità kollha

B'reazzjoni oħra għall-iżvilupp drammatiku fil-każ tal-qtil tal-ġurnalista u ftit wara li ħarġet is-sentenza kontra l-aħwa Degiorgio l-PM Robert Abela ddeskriva dak tal-lum bħala "pass 'l quddiem għall-ġustizzja għall-familja Caruana Galizia." Il-Prim Ministru fakkar li issa hemm tliet persuni ħatja u tlieta oħrajn jistennew li jitressqu fuq dan il-każ. "Aħna nibqgħu determinati li naraw ġustizzja sħiħa għall-familja u għal Malta."

Min-naħa tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech saħaq ukoll illi dak li ġara llejla fil-Qorti hu pass ieħor lejn it-twettiq tal-ġustizzja.

Madankollu żied jgħid li Irridu nibqgħu nirsistu biex il-verità toħroġ kollha u li l-ġustizzja titwettaq b’mod sħiħ, “għax hu b’hekk biss li dan in-nazzjoni jibqa’ jfieq minn dak li għadda minnu minħabba l-qtil.” 

Aqra aktar dwar dak li qalu Roberta Metsola u David Casa: Hawnhekk

More in Politika