Rekord ta' 733 każ ġdid ta' Covid-19 iżda l-pazjenti fl-ITU jinżlu għal tlieta

F'Mater Dei, l-għadd ta' pazjenti tela' għal 53

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru rekord ieħor ta' każi ġodda ta' Covid-19, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa nstabu 733 każ ġdid.

Apparti minn hekk, fiequ wkoll 92 persuna oħra, biex hekk issa Malta għandha 3,632 każ attiv ta' Covid-19.

F'Mater Dei, l-għadd ta' pazjenti tela' għal 53, iżda fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, il-pazjenti naqsu għal tlieta.

Sadanittant, 181,278 persuna issa ħadu l-booster tat-tilqima.

Aqra wkoll:

More in Politika