AĠĠORNAT: Omm Jean Paul Sofia tikkundana l-impjieg mill-ġdid ta' uffiċjal relatat mal-każ ta' binha

Robert Abela jiddeffendi l-ħatra ta' Buhagiar • Isabelle Bonnici tgħid li dan huwa tradiment mill-gvern filwaqt li Zrinzo Azzopardi jgħid li hu m'approvax l-ħatra ta' Kurt Buhagiar

Isabelle Bonnici waqt waħda mill-velja għall-binha (Ritratt: MaltaToday/James Bianchi)
Isabelle Bonnici waqt waħda mill-velja għall-binha (Ritratt: MaltaToday/James Bianchi)

Omm Jean Paul Sofia, il-ġuvni t'20 sena li tilef ħajtu traġikament f'sit ta' kostruzzjoni fl-2022, tikkundana d-deċiżjoni tal-Awtorita' tal-Artijiet li reġgħet impjegat wieħed mill-uffiċjali akkużati bil-qtil ta' binha.

Isabelle Bonnici kitbet fuq Facebook il-Ħadd filgħaxija li ġiet infurmata mill-Ministru għall-Artijiet Owen Bonnici li Kurt Buhagiar ħa jerġgħa jidħol jaħdem l-Awtorita' tal-Artijiet għal "diversi ġimgħat".

Buhagiar huwa wieħed fost il-ħames individwi akkużati bil-kollass ta' fabrika li kienet qed tinbenda f' Corradino Industrial Estate. Il-binja kienet qed tiġi żviluppata minn Buhagiar u Matthew Schembri, akkużat ieħor, fuq art mikrija mill-gvern. Jean Paul Sofia miet fil-kollass, fejn weġgħu serjament tliet minn nies oħra.

L-aġenzija industrijali tal-iżviluppar li kienet qed tieħu ħsieb din l-art kienet INDIX Malta. Il-binja kienet qed tiġi żviluppata mill-kumpanija Allplus Limited, kumpanija ta' Buhagiar u Schembri ftit xhur qabel m'ingħataw il-kirja mingħand INDIS.

Skont Bonnici, il-ministru avvżaha li d-deċiżjoni li jerġgħa jidħol Buhagiar ittieħdet mill-awtorita' waqt iż-żmien li Stefan Zrinzo Azzopardi kien il-ministru kkonċernat. The Shift irrapurtat li l-Kap Eżekuttiv Robert Vella aċċellera ir-ritorn ta' Buhagiar, li kien jaħdem miegħu fil-qrib.

"Ovvjament jien ma naqbilx għax sa' fejn naf jien biex wieħed japplika jrid ikollu kondotta nadifa u dan kellu diġa' każ ieħor, instab ħati u ntefa' l-ħabs skont rapporti fil-midja," qalet Bonnici.

It-Tnejn filgħodu, Zrinzo Azzopardi tkellem fuq Facebook fejn qal li din id-deċiżjoni kienet waħda amministrattiva, "min-naħa tiegħi bħala Ministru qatt ma tajt kunsens jew approvajt din id-deċiżjoni."

Buhagiar kien laħaq x-xuffier tal-Kap Eżekuttiv tal-awtorita', Robert Vella, fl-2021 fejn imbagħad baqa' tiela' għall-uffiċjal amministrativ fl-uffiċju ta' Vella.

Is-Sibt li għadha, il-Partit Nazzjonalista ikkundana din id-deċiżjoni, fejn qal li dan huwa tradiment tal-ġustizzja u prova li l-amministrazzjoni Laburista injorat dak li sabet l-inkjesta ta' Sofia. Il-PN qal li din hija insult għal familja ta' Sofia u turi kemm il-gvern ma jistax jimplimenta riformi, minkejja l-pressjoni min-nies u x-xogħol tal-PN sabiex tiġi sigura l-inkjesta.

Robert Abela jiddeffendi l-ħatra ta' Buhagiar

Il-Prim Ministru Robert Abela ddeffenda l-ħatra ta' Buhagiar lura fl-Awtorita' tal-Ippjanar minkejja li qed jaffaċċja akkużi ta' omiċidju involuntarju.

Ġurnalisti lokali intervistaw lil Abela it-Tnejn wara nofsinhar wara l-istqarrija ta' Isabelle Bonnici. Abela iddeffenda din id-deċiżjoni dwar l-impjieg mill-ġdid ta' Buhagiar li qabel kien sospiż u issa qiegħed jaqdi d-dmirijiet skont il-kariga tiegħu, milli jitħallas ta' xejn.

"Il-qorti ma rrakomandatx li jitkeċċa Buhagiar," qal Abela lil midja, fejn imbagħad żied li meta jintlaħaq verdett, il-gvern ħa jirrispetah.

More in Politika