L-Awtorita’ tax-Xandir (BA) ordnat lil ONE TV sabiex tirraporta fuq ir-riżultati tal-investigazzjoni tad-deputat Nazzjonalist Toni Bezzina u l-allegazzjonijiet li ma kienx qed imur għax-xogħol.
Ix-xahar li għadda, Bezzina instab mhux ħati ta’ ksur ta’ etika fir-rigward ta’ xogħolu bħala peritt mal-gvern minn investigazzjoni tal-Kummissarju tal-Istandards. L-investigazzjonijiet bdiet wara rapport lill-istess Kummissarju mill-blogger Neville Gafa.
Bezzina kien fil-mira ta’ kampanja mill-Partit Laburista u l-esponenti tagħha bħal Gafa, li allega li Bezzina ma kienx qed imur għax-xogħol tiegħu bħala perit mal-gvern imma minflok jaħdem banda oħra waqt ħin ix-xogħol.
L-ilment tal-BA, li ħarġet mingħand Bezzina, tgħid li l-ONE News kienet diġa’ rrappurtat fuq l-allegazzjonijiet kontrih. Michael Piccinino, li rrappreżenta lil Bezzina, qal li d-deputat diġa talab għad-dritt ta’ tweġiba f’Jannar ta’ din is-sena, xi ħaġa li l-istazzjoni ma xandarx.
Piccinino kompla jgħid li la darba l-Kummissarju tal-Istandards ikkonkluda l-investigazzjoni u ħareġ raport, ONE huwa obbligat li jinforma n-nies mir-riżultat, xi ħaġa li ma ġratx.
ONE iwieġeb għal dan, bir-rappreżentanza tal-avukat u deputata Laburista Ramona Attard u l-editur tal-ONE News Josef Caruana, billi qal li n-nuqqas ta’ rappurtar ma kienx intenzjonali.
Attard żiedet li l-ONE mhux ħa tikkontesta l-punt rigward in-nuqqas ta’ rappurtar u kkonfermat li l-istazzjon lest li jirranġa s-sitwazzjoni.
Fid-deċiżjoni tagħha, l-BA ordnat lill-istazzjoni sabiex jirrapporta fuq il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni f’inqas minn jumejn minn meta ittieħdet deċiżjoni.
Il-Partit Nazzjonalista tkellem fuq din il-kwistjoni fi stqarrija, fejn hu laqa’ din id-deċiżjoni u kkundana l-kampanja tal-PL kontra ċertu deputati Nazzjonalista bl-apoġġ ta’ fazzjoni xxaqleb lejn il-faxxiżmu.