Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ikkonferma li wara l-vaganzi, l-iskejjel se jkunu qed jinfetħu b'mod normali.
Huwa qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ħabbar li Malta sabet l-ewwel żewġ każi tal-varjant Omicron u anke miżuri ġodda biex il-każi jkunu kkontrollati.
Fearne fakkar li l-edukaturi mhux biss huma mlaqqma biż-żewġ dożi iżda issa ħadu wkoll il-booster tal-vaċċin.
Apparti minn hekk, bħalissa għaddej it-tilqim fost it-tfal kollha li għandhom bejn ħamsa u 11-il sena. Dan ikomplu jnaqqas ir-riskju ta' infezzjonijiet fost l-istudenti.
Propju għalhekk, li Fearne ġaladarba issa hemm il-vaċċin u l-booster, ma hemmx indikazzjoni li l-iskejjel għandhom jagħlqu kif ġara drabi oħra.