Wara tliet snin iwieġeb ħati li ħataf l-ajruplan tal-Afriqiyah Airways

L-ajruplan kien niżel Malta fit-23 ta' Diċembru tal-2016

Wieħed mill-irġiel akkużat li ħataf u niżżel f’Malta ajruplan ta’ Afriqiyah Airways, wieġeb ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih.

Shah Soko Moussa ta’ 29 u Ali Ahmed Saleh ta’ 30, it-tnejn minn Sebhaa, fil-Libya, kienu tressqu l-Qorti akkużati li ħatfu l-ajruplan u niżluh Malta fit-23 ta’ Diċembru tal-2016.

L-irġiel ma kienx irnexxielhom jidħlu fil-cockpit tal-ajruplan u armati b’armi mhux ta’ veru, kienu qed jheddu li jisplodu l-ajruplan.

Kien għalhekk li l-bdoti kienu niżlu l-ajruplan Malta. Abbord kien hemm 111-il passiġġier u sitt membri tal-ekwipaġġ.

Il-Qorti, wissiet lill-akkużat li qed jammetti għal reati serji, inkluż dawk relatati mat-terroriżmu u jista’ jeħel għomru l-ħabs.

Madanakollu, quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, Moussa wieġeb ħati tal-akkużi.

L-Avukat Martha Mifsud qalet li spjegatlu diversi drabi dwar l-implikazzjonijiet, iżda jidher li l-akkużat baqa’ jinsisti li jrid iwieġeb ħati.

Aqra wkoll:

Negozjati biex wieħed mill-akkużati tal-hijack tal-2016 jixhed kontra sieħbu għal 10 snin ħabs

More in Qrati u Pulizija