Il-Ministru għas-Saħħa u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne spjega li mill-ġimgħa d-dieħla subien - flimkien ma tfajliet, kif kien isir qabel - li għandhom aktar minn 12-il sena se jibdew jirċievu l-invit biex jitlaqqmu kontra l-Human Papilloma Virus (HPV).
Intant il-gazzetta ILLUM waqt il-kampanja tal-Pink October tkellmet mal-Professur Jean Calleja-Agius, ostetriku u ġinekologa, għalliema fl-Università ta’ Malta u riċerkatriċi fuq it-tipi ta’ kanċer rari li spjegat li raġel jista' jkun carrier mingħajr ma' jkun jaf u dan għaliex ma jkollux sintomi. Apparti minn hekk qalet li, kuntrarju għan-nisa, ma hemm l-ebda mod ta' kif raġel jagħmel test biex jara għandux il-virus, ħlief meta joħorġu sintomi indikaturi, bħal pereżempju fellul fuq il-parti ġenitali tiegħu.
Il-Ministru Fearne spjega li kull tifel u tifla jingħataw żewġ dożi ta' din it-tilqima. Infakkru wkoll li din kienet proposta fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista
X'inhu l-Human Papilloma Virus (HPV)?
80% tal-każi tal-kanċer tal-għonq tal-utru huwa kkawżat mill-Human Papillomavirus (HPV), li normalment jiġi trażmess mis-sess. Dan il-virus “jinħeba” mis-sistema immunitarja tal-ġisem u dan iwassal biex ma jiġix traċċat u peress li l-ġisem ma jiġġildux, jibqa’ moħbi għal żmien twil - f’ċertu każi anke snin - mingħajr sintomi. Dan iwassal biex jibda’ jaffettwa ċelloli oħra u li jekk ma jiġix traċċat fi ftit żmien, jaf iwassal għall-kanċer serju.
Aqra aktar:
- X'qal il-Ministru Fearne fuq il-Covid-19, hawnhekk.
- X'qal il-Ministru Fearne fuq il-mediċini out of stock, hawnhekk.