Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne saħaq illi l-Gvern se jkun qed jimxi fuq id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) għal restrizzjonijiet ta' persuni ġejjin miċ-Ċina. Fil-fatt qal li l-Gvern qed jistenna laqgħa mal-membri stati tal-UE biex jiġi deċiż jekk hemmx ħtieġa li jiġi ppreżentat riżultat negattiv tal-Covid-19 jew ċertifikat ta' tilqim mal-wasla ta' persuni fil-pajjiż, li ġejjin miċ-Ċina. Dan qalu fid-dawl ta' żieda fil-każijiet ta' Covid-19 fiċ-Ċina u propju għax numru ta' pajjiżi qed jimponu restirizzjonijiet preventivi.
Intant fil-konferenza tal-aħbarjiet - li fiha spjega fid-dettall dwar il-mediċini out of stock - huwa saħaq li fl-aħħar sebat 'ijiem Malta kellha medja ta' 30 każ kuljum filwaqt li heġġeġ biex kulħadd jibqa' viġilanti u jieħu t-tilqima. Fil-fatt huwa ħabbar li minn issa trabi li għandhom aktar minn sitt xhur jistgħu jitlaqqmu kontra l-varjant tal-Covid-19.
"F'dawn l-aħħar xhur l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini awtorizzat illi waħda mit-tilqim tista' tingħata lit-trabi li għandhom aktar minn sitt xhur," spjega l-Ministru Fearne.