L-Ombudsman għandu jinvestiga strutturi 'illegali' - Momentum

Momentum tagħmel talba formali lill-Ombusman biex jinvestiga u jdaħħal fis-seħħ il-liġi rigward strutturi illegali ta’ ristoranti tul Triq ix-Xatt f’Tas-Sliema u l-Gżira.

Momentum talab formalment lill-Ombudsman biex jinvestiga u jdaħħal fis-seħħ il-liġi rigward strutturi illegali ta’ ristoranti tul Triq ix-Xatt f’Tas-Sliema u l-Gżira.

It-talba saret wara rapport ta’ riskju ppreparat minn Shield Consultants, kummissjonat mir-residenti ta’ Tas-Sliema Anna Maria Baldacchino, qal il-membru tal-kumitat ta’ Momentum Matthew Agius.

Ir-rapport jenfasizza kif dawn il-kenopji u l-estensjonijiet barra joħolqu ostakoli għall-aċċess ta’ vetturi tal-emerġenza bħal karozzi tan-nar u ambulanzi, joħolqu riskju dirett għas-sigurtà tal-pedestrians inkluż persuni b’diżabilità u familji b’tfal żgħar, jiksru b’mod ċar il-kundizzjonijiet tal-permessi ta’ ppjanar, u jżidu r-riskji ta’ nirien u ta’ saħħa pubblika f’żona residenzjali densament popolata.

Momentum sejjaħ lill-Ombudsman biex jinvestiga għaliex l-awtoritajiet, inkluża l-Awtorità tal-Ippjanar, naqsu milli jdaħħlu fis-seħħ il-liġi, u biex jiġi assigurat li tittieħed azzjoni urġenti sabiex is-sigurtà u l-legalità fuq il-faċċata tal-baħar jerġgħu jiġu stabbiliti.

“Is-sigurtà u l-aċċessibbiltà tar-residenti u l-pubbliku m'għandhomx jiġu ssagrifikati għall-profitt kummerċjali," qal Matthew Agius. "Dan in-nuqqas ta' infurzar ħallalill-komunità esposta għal riskji serji"

More in Politika