Ara hawn min huma t-tnax-il mara li ġew eletti bis-saħħa tal-mekkaniżmu tal-ġeneru
Claudette Buttigieg u Paula Mifsud Bonnici jirritornaw fil-Parlament f'isem il-PN filwaqt li l-Partit Laburista jeleġġi sitt Deputati nisa kollha ġodda
minn Yendrick Cioffi
Hekk kif illum ġew fi tmiemhom l-elezzjonijiet każwali, tħaddem għall-ewwel darba l-mekkaniżmu tal-ġeneru li fl-elezzjonijiet se jkun qed jassigura li jkun hemm rappreżentanza ugwali fil-Parlament bejn irġiel u nisa.
Fil-fatt, din id-darba ġew eletti tnax-il mara oħra, il-massimu li jista' jeleġġi dan il-mekkaniżmu.
Il-kandidati eletti għall-Partit Nazzjonalista huma dawn:
Janice Chetcuti, Paula Mifsud Bonnici, Zahra Julie, Bernice Bonello, Claudette Buttigieg, Eve Borg Bonello.
Il-kandidati eletti għall-Partit Laburista huma dawn:
Alicia Bugeja Said, Cressida Galea, Abigail Camilleri, Amanda Spiteri Grech, Naomi Cachia u Davina Sammut Hili.
Aqra wkoll: