Karol Aquilina u l-eks Sindku Laburista tar-Rabat eletti fl-elezzjoni każwali tal-PN
Il-Partit Nazzjonalista jeleġġi ħames Deputati ġodda filwaqt li Carm Mifsud Bonnici jirritorna wkoll fil-Parlament
minn Yendrick Cioffi
Illum saret l-aħħar elezzjoni każwali wara l-elezzjoni ġenerali, hekk kif il-PN eleġġa seba’ kandidati oħra. Fost dawn ġew eletti Karol Aquilina u l-eks Sindku Laburista tar-Rabat imma baqa' l-art Jason Azzopardi.
Elezzjoni każwali ssir meta kandidat li jkun ġie elett minn żewġ distretti, jċedi wieħed mid-distretti tiegħu. Għalhekk issir elezzjoni każwali għas-siġġu li hu jkun ċeda.
Dawn huma l-kandidati li ġew eletti:
Fuq is-Seba’ Distrett Elettorali (post li tbattal minn Adrian Delia) ġie eletta Rebekah Cilia.
Fuq il-Ħames Distrett Elettorali (post li tbattal minn Bernard Grech), ġie elett Stanley Zammit
Fuq l-Għaxar Distrett elettorali (post li tbattal minn Mark Anthony Sammut), ġie elett Graham Bencini
Fuq id-disa' distrett elettorali (post li tbattal minn Robert Arrigo), ġie elett Karol Aquilina
Fuq id-disa' distrett elettorali (post li tbattal minn Joe Gilgio), ġiet eletta Graziella Attard Previ
Fuq is-seba' distrett elettorali (post li tbattal minn Ryan Callus), ġie elett l-eks Sindku Laburista tar-Rabat Charles Azzopardi
Fuq it-tielet distrett elettorali (post li tbattal minn Stephen Spiteri), ġie elett Carm Mifsud Bonnici
Dan ifisser li baqgħu ma ġewx eletti Jason Azzopardi, Edwin Vassallo u Karl Gouder.