Sidien jerġgħu jingħataw raġun minħabba l-kirjiet protetti; Il-Gvern ordnat jagħti kumpens ta' €31,000

Il-kirjiet protetti reġgħu kienu kkritikati mill-Qorti din id-darba minħabba proprjetà f'Raħal Ġdid li ilha 40 sena marbuta

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ordnat li s-sidien ta’ proprjetà f’Raħal Ġdid, li ilha 40 sena marbuta b’kirja protetta, għandhom jingħataw kumpens ta’ €31,000, inkluż €6,000 f’danni.

Fid-deċiżzjoni tagħha, il-Qorti kkwotat deċiżjonijiet oħra tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.

Il-kirjiet protetti ilhom snin jiġu kkritikati mill-Qorti u dan wassal biex diversi sidien jieħdu l-każ tagħhom quddiem il-Qrati biex jiġġieldu l-liġi, li skont il-Qorti, qed tikser id-dritt dundamentali tas-sidien milli jgawdu l-proprjetà li hi tagħhom, tant li l-Gvern reġa’ kellu jintervjeni bit-tama li din isolviha darba għal dejjem.

Fid-deċiżjoni tiegħu, l-Imħallef Grazio Mercieca għamilha ċara wkoll li minkejja li l-Qorti Ewropea qalet li l-Kostituzzjoni Maltija għandha tiżgumbra lill-inkwilini, il-Qorti Maltija tħalli din il-proċedura f’idejn it-Tribunal kompetenti.

L-inkwilini, li ilhom jgħixu f’din il-proprjetà mill-1970, qed iħallsu kera ta’ €221.16 fis-sena u dan meta skont il-prezz tas-suq, il-birja tista’ tinkera għal €1400 fix-xahar. Il-Qorti saħqet li l-emendi li daħlu fis-seħħ fl-2009 ma kinux biżżejjed biex jipprovdu “kirja diċenti” lis-sidien. 

Il-gazzetta ILLUM/illum.com.mt b'rappurtaġġ estensiv dwar il-kwistjoni tal-kirjiet pre-1995 fl-aħħar ġimgħat

Ara hawn x'qalu s-sidien

Ara hawn x'qalu l-inkwilini

Ara hawn x'qal l-avukat Cedric Mifsud

Ara d-deċiżjonijiet tal-Qorti fuq din il-kwistjoni u l-Editorjal tal-gazzetta ILLUM dwar din ir-realtà

More in Politika