Fearne iħabbar meta se jkomplu t-tiġijiet u meta se jiftħu l-gyms, il-bars u l-każini; L-ILLUM tispjega

Għal aktar minn darba insista li dan kollu jiddependi mis-sitwazzjoni tal-pandemija f'Malta

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar ir-rilaxx ta' aktar miżuri hekk kif min-nhar it-Tnejn li ġej se jkunu qed jerġgħu jiftħu r-ristoranti, l-isnack bars u l-kafetteriji, fost affarijiet oħra.

Fearne saħaq li hekk kif il-każi f'Malta naqqsu sew,  il-Gvern jista' jħabbar ir-rilaxx ta' aktar miżuri għall-ġimgħat u x-xhur li ġejjin biex kulħadd ikun jista' jippjana.

Għal aktar minn darba insista li dan kollu jiddependi mis-sitwazzjoni tal-pandemija f'Malta. Għalhekk, mhux qed ikun eskluż li dawn id-dati jinbidlu jew saħansitra jiddaħħlu mill-ġdid xi miżuri.

17 ta' Mejju: Jonqsu aktar restrizzjonijiet fid-djar tal-anzjani. Fost oħrajn, l-anzjani se jkunu jistgħu jilqgħu aktar viżitaturi, għal ħinijiet itwal u b'mod aktar frekwenti. Aktar tard, iżda mhux f'din id-data, l-anzjani se jkunu jistgħu jerġgħu jibdew joħorġu mid-djar. Madanakollu, aktar dettalji dwar dan se jingħataw mill-Ministeru responsabbli mid-djar tal-anzjani.

24 ta’ Mejju jinfetħu:

  • Restaurants u snack bars jiftħu sa nofsilejl
  • Jinfetħu l-pools sat-8:00pm u ristretti għal attivitajiet ta’ għawn biss
  • Jinfetħu l-gyms
  • Jiftħu ċ-ċentri ta’ matul il-jum
  • Ikompli l-isport anke li jinvolvi l-kuntatt għal persuni li għandhom aktar minn 17-il sena

1 ta' Ġunju:

  • Jinfetaħ b'mod kawt it-turiżmu. Turisti jkollhom jew ċertifikat tal-vaċċin jew test negattiv li jippreżentawh qabel jiġu Malta u mhux malli jaslu
  • Jibdew isiru t-tiġijiet. 100 persuna fuq ġewwa u sa 300 persuna fuq barra - dejjem madwar mejda
  • Jinfetħu wkoll l-iskejjel tal-lingwa

7 ta' Ġunju:

  • Ir-ristoranti (li jibqgħu jistgħu jiftħu sa nofsilejl ) se jkunu jistgħu jżidu l-imwejjed minn erba' persuni għal sitta
  • Permessi gruppi ta' sitt persuni fil-pubbliku
  • Jiftħu ċ-ċinema u t-teatri
  • Jiftħu l-bars u l-każini
  • Ikun jista' jkompli l-isport kollu anke jekk mingħajr spettaturi
  • Ikunu jistgħu jiftħu l-casinos u s-swali oħra tat-tomba u logħob ieħor
  • Ikomplu l-kompetizzjonijiet tal-contact u team sports għal persuni ta' 17+, mingħajr spettaturi

28 ta' Ġunju

  • Ikompli l-contact sports għal dawk li għandhom inqas minn 17
  • Jistgħu jibdew jiftħu l-iskejjel tas-sajf

Rigward l-ivjaġġar tal-Maltin, il-Ministru Fearne qal li fil-ġimgħat li ġejjin Malta se tkun qed toħroġ iċ-ċertifikat tal-vaċċini bil-għan li anke l-Maltin ikunu jistgħu jsiefru u jiġu lura Malta mingħajr ħafna restrizzjonijiet.

Qal li bħalissa għaddejin diskussjonijiet ma' diversi pajjiżi biex jirrikonoxxu dan iċ-ċertifikat tal-vaċċin.

Aqra wkoll:

More in Politika