L-awtoritajiet tas-saħħa u l-Kurja se jiddiskutu l-festi fil-jiem li ġejjin

Fearne saħaq li  l-festi kif nafuhom ma jistgħux isiru iżda se jkunu qed isiru diskussjonijiet bil-għan li jinstab l-aħjar mod kif dawn ikunu jistgħu jerġgħu jibdew jiġu ċċelebrati

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fil-jiem li ġejjin se jkunu qed isiru diskussjonijiet mal-Kurja tal-Arċisqof u mad-dilettanti dwar il-festi.

Fearne saħaq li l-festi kif nafuhom ma jistgħux isiru iżda se jkunu qed isiru diskussjonijiet bil-għan li jkunu jistgħu jiġu ċċelebrati b'modi oħra.

"Ma jistax ikun li jkollna folol kbar waqt il-festi. Il-festi nqisuhom bħala attivitajiet tal-massa," saħaq Fearne.

Għalhekk qal li se jkun hemm diskussjonijiet biex meta eventwalment il-pajjiż jasal għal dak il-punt, kulħadd ikun ippreparat.

Aqra wkoll:

More in Politika