Bil-maskra jew le fis-sajf? 'Se naraw x'qed jiġri f'postijiet fejn il-maskra tista' titneħħa'

Filwaqt li tfakkar fl-importanza tal-maskra, Charmaine Gauci tgħid li pajjiżna qed isegwi x'qed jiġri f'pajjiżi bħall-Iżrael fejn l-obbligu tal-użu tal-maskra tneħħa

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ma kkomettietx ruħha dwar il-maskri fis-sajf minkejja li hi diġà qalet li għalissa l-maskri jridu jintlibsu, anke meta persuna tmur ħdejn il-baħar.

Mistoqsija mill-ġdid illum dwar l-użu tal-maskra Gauci sostniet illi huwa fatt ippruvat li l-użu tal-maskri jnaqqas mit-tixrid tal-virus u fakkret ukoll li ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Mard u l-Kontroll (ECDC) qalet illi l-maskri jridu jibqgħu jintlibsu żgur sakemm pajjiż jilħaq l-immunità tal-massa - jiġifieri meta 70% tal-poplu jkun imlaqqam

Hija qalet ukoll iżda illi Malta qed tħares lejn pajjiżi bħall-Iżrael, fejn l-immunità tal-massa intlaħqet u fejn tneħħa l-obbligu li jintlibsu l-maskri u ser issegwi dak li qed jiġri biex tittieħed deċiżjoni, ladarba Malta wkoll tilħaq l-immunità tal-massa. 

Intant ara hawnhekk kif wasalna biex nilħqu l-100,000 persuna li ħadu ż-żewġ dożi u total ta' aktar minn 300,000 doża mogħtija, sa issa. 

Ara wkoll kif naqsu ħafna l-każi fl-Isptarijiet u kif sa issa rriżultaw 28 każ ta' Covid-19 fost l-istudenti fil-ġimagħtejn illi fihom kienu miftuħin l-iskejjel. 

More in Politika