Il-MPE Laburista Cyrus Engerer jingħaqad mal-pjattaforma politika 'Il-Kollettiv'

Il-MPE Laburista Cyrus Engerer jingħaqad ma' 'Il-Kollettiv', pjattaforma politika li se tiġi mnieda illum stess

'Illum, f'Jum il-Ħelsien, inġeddu dan l-impenn,' Cyrus Engerer qal fuq Facebook..
'Illum, f'Jum il-Ħelsien, inġeddu dan l-impenn,' Cyrus Engerer qal fuq Facebook..

Il-MPE Laburista Cyrus Engerer ħabbar fuq il-midja soċjali tiegħu illi huwa ngħaqad mal-pjattaforma politika ‘Il-Kollettiv.’

Skont il-kitba ta’ Cyrus fuq l-Instagram, il-Ħamis filgħodu, il-Kollettiv tiġbor fiha persuni fi ġlieda għal ġustizzja soċjali, ugwalità u l-ġid komuni.

Cyrus Engerer jispjega l-għan tal-pjattaforma politika, 'Il-Kollettiv', fuq l-Instagram tiegħu.
Cyrus Engerer jispjega l-għan tal-pjattaforma politika, 'Il-Kollettiv', fuq l-Instagram tiegħu.

“Fl-Ewropa, f’Malta u madwar id-dinja rridu ningħaqdu flimkien bħala kollettiv biex niġġieldu kontra l-faxxiżmu li bil-mod il-mod qed jerġa’ jgħolli rasu,” qal l-MEP fuq post li ttella’ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook.

"Illum, f'Jum il-Ħelsien, inġeddu dan l-impenn,” huwa kompla jgħid.

L-MPE Laburista għadu ma kkonfermax jekk hux se jkun qed joħroġ għall-elezzjonijiet ta’ Ġunju li ġej.

Il-Kollettiv se jkun qed jitnieda uffiċjalment illum, il-Ħamis, fil-11am.

More in Politika