Il-grupp ġdid 'Il-Kollettiv' ma jeskludhiex joħroġ għall-elezzjonijiet ġenerali

Il-grupp ġdid 'Il-Kollettiv,' mhux jeskludi jikkontesta għall-elezzjonijiet ġenerali li jmiss, 'jekk iċ-ċirkostanzi jkunu tajba,' uffiċjali fi ħdan il-grupp qalu il-Ħamis filgħodu

Matthew Borg (xellug), Jeanette Borg, u Wayne Flask (lemin), huma l-uċuh tal-grupp ġdid Il-Kollettiv. (Ritratt: James Bianchi / ILLUM)
Matthew Borg (xellug), Jeanette Borg, u Wayne Flask (lemin), huma l-uċuh tal-grupp ġdid Il-Kollettiv. (Ritratt: James Bianchi / ILLUM)

Il-grupp ġdid 'Il-Kollettiv,' mhux jeskludi jikkontesta għall-elezzjonijiet ġenerali li jmiss, “jekk iċ-ċirkostanzi jkunu tajba,” uffiċjali fi ħdan il-grupp qalu il-Ħamis filgħodu.

Il-grupp, imniedi l-Ħamis fil-11am, huwa mmexxi mill-ambjentalisti veterani Jeanette Borg, bħala President, Wayne Flask, bħala segretarju u Matthew Borg, bħala teżorier.

AQRA UKOLL: Il-MPE Laburista Cyrus Engerer jingħaqad mal-pjattaforma politika 'Il-Kollettiv'

“Ma neskludux it-trasformazzjoni f'partit politiku jekk iċ-ċirkostanzi jippermettu u l-mira tagħna tkun l-elezzjoni ġenerali li jmiss," qal Flask meta mistoqsi jekk il-grupp kellux ambizzjonijiet elettorali.

"Ġunju huwa viċin wisq għalina iżda nħeġġu lill-votanti jivvutaw għal kandidati onesti li għandhom il-ġid komuni għal qalbhom, inklużi l-indipendenti," żied jgħid.

Il-grupp iwiegħed li jikkampanja għall-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza u l-ġid komuni, billi joffri pjattaforma ta’ attivisti għal gruppi residenti u NGOs oħra.

"Għandna snin ta' esperjenza bħala attivisti u nistgħu noffru din l-esperjenza biex ngħinu l-komunitajiet ikunu aktar effettivi meta jqumu għad-drittijiet tagħhom u l-ġid komuni," qal Flask.

Meta mistoqsi jekk dan il-grupp ġdid hux se jżid il-frammentazzjoni f’qasam diġà mimli, Flask insista li l-ħidma ta’ Il-Kollettiv se tikkumplimenta dik ta’ organizzazzjonijiet oħra bħal Moviment Graffitti.

“Ix-xogħol tagħna se jikkumplimenta x-xogħol li qed isir minn ħaddieħor u mhix l-intenzjoni tagħna li nikkompetu għar-riżorsi,” qal Flask.

Jeanette Borg qalet li tirrikonoxxi l-apatija fil-votanti, illi iktar ma jmur iktar jiżdied.

"Aħna nemmnu fir-rebħiet tal-passat miksuba minn diversi attivisti u issa rridu nibnu fuq dan il-wirt billi nrawmu l-kollaborazzjoni u s-solidarjetà," qalet.

Qalet li l-grupp se jkun qed jaħdem fix-xhur li ġejjin biex jiftaħ il-bażi tas-sħubija tiegħu u jsaħħaħ l-istrutturi interni.

More in Politika