It-total ta' persuni bit-tieni doża resqin lejn il-100,000 ... 33 każ ġdid u 38 ifiequ

Jingħataw 6,000 doża oħra tal-vaċċin għal total ta' 301,594 - anzjana ta' 93 sena hija l-412-il persuna li mietet waqt li kienet pożittiva għal Covid-19

Il-proċess tal-għoti tal-vaċċin kompla bir-rankatura tajba li qabad din il-ġimgħa b'6,000 doża oħra mogħtija fl-aħħar 24 siegħa, biex it-total ta' dożi mogħtija issa huwa ta' 301,594.  Il-persuni li ħadu t-tieni doża wkoll qed jiżdiedu u joqorbu lejn il-100,000 b'total sa issa ta' 96,631. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa irriżultaw 33 każ ġdid ta' Covid-19 minn total ta' 1,804 swab test.  Dan filwaqt li fiequ 38 biex it-total ta' każi attivi huwa ta' 513. 

Sfortunatament anzjana ta' 93 sena hija l-412-il persuna li mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. 

 

More in Politika