Sassoli jfaħħar ir-riformi 'bla preċedent' fil-qasam ġudizzjarju Malti f'laqgħa ma' Abela

Il-PM Robert Abela jistieden lill-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli u lill-Kapijiet tal-gruppi politiċi fil-Parlament Ewopew għal żjara f'Malta

Sassoli f'laqgħa mal-PM Robert Abela
Sassoli f'laqgħa mal-PM Robert Abela

F’laqgħa bilaterali bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-President tal-Parlament Ewropew David Maria Sassoli ġew diskussi l-bidliet kbar u riformi li għamel il-Gvern Malti biex tkompli tissaħħaħ is-saltna tad-dritt, kif ukoll biex l-istituzzjonijiet ikunu aktar effettivi fit-twettiq tal-ġustizzja.

Il-Gvern ħabbar l-eżitu ta' din il-laqgħa waqt li fil-Parlament Ewropew kien għaddej dibattitu dwar Malta u l-każ ta' Daphne Caruana Galizia - Ara x'qalu l-MEPs Maltin hawnhekk u x'qalu MEPs oħrajn f'dan l-istess dibattitu

Il-Prim Ministru Robert Abela spjega r-riformi li twettqu wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni Venezja u proċess parlamentari. Huwa elenka l-bidliet li ġew implimentati biex tiġi miġġielda l-kriminalità u l-ħasil tal-flus.

Il-Prim Ministru tenna li hu kommess li jkompli jwettaq dawn ir-riformi.

"Il-President tal-Parlament Ewropew irrikonoxxa li l-Gvern Malti wettaq ħidma bla preċedent fil-qasam tal-ġustizzja u fl-isforzi tiegħu f’dan is-settur," qal fl-istqarrija tiegħu l-Gvern.  Kien il-Ministru Edward Zammit Lewis li mexxa dawn il-bidliet diversi f'dan il-qasam li kien taħt il-lenti wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. 

Il-Prim Ministru Robert Abela stieden lill-President tal-Parlament Ewropew u lil Kapijiet tal-gruppi politiċi fi ħdan il-Parlament Ewropew għal żjara uffiċjali f’Malta sabiex ikollhom viżibbiltà aktar ċara tal-bidliet bla preċedent li wettaq il-Gvern Malti għat-tisħiħ tas-saltna tad-drit

More in Politika