Fis-27 ta' Jannar, il-Kumitat Ambjent fi ħdan il-Parlament Ewropew appoġġa pjan għal newtralità tal-klima sal-2050 taħt l-isem 'Green Deal', imressaq mil-Kumissjoni Ewropea lura f'Marzu tal-2020. Il-Kumissjoni Ewropea għafset fuq l-ħtieġa ta' dan l-pjan billi qalet li "jekk se nibqgħu naħlu r-riżorsi li għandna, sal-2050 se jkollna bżonn "ir-riżorsi ta' tlett dinjiet". Il-Membri Parlamentari Ewropej se jkunu qed jivvutaw fuq il-pjan matul is-sessjoni plenarja ta' Frar wara li l-kumitat ambjentali ħeġġeġ li jkun hemm miri għall-2030 fir-rigward tal-użu u l-konsum tal-materjali.
Dan il-pjan jitlob li sostenibbiltà tiġi inkorporata fl-istadji kollha tal-katina tal-manifattura, mid-disinn sal-produzzjoni u l-vjaġġ kollu sakemm prodott jasal għand il-konsumatur. Il-pjan ta' azzjoni jistabbilixxi seba' oqsma essenzjali biex tinkiseb ekonomija ċirkolari: il-plastik, tessuti, skart elettroniku, ikel, ilma u nutrijenti, ippakkjar, batteriji u vetturi, bini u kostruzzjoni. Dan il-pjan jiffoka fuq il-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart u huwa mmirat biex jagħti spinta lit-tkabbir u l-kompetittività flimkien mat-tmexxija globali tal-UE.
Skont statistika li ttieħdet mill-Parlament Ewropew, fl-2018, Malta tinsab fl-agħar tal-klassifika flimkien ma' Danimarka u Ċipru f'dak li jirrigwarda mmaniġġjar tal-iskart. Dan minħabba li ġie rraportat li fis-sena 2017 Malta ġġenerat 640kg ras għal ras ta' skart muniċipali, li 93% minni mar fil-miżbla filwaqt li 6% ġie rriċiklat. Fost il-ħidma li qed isir mill-Gvern Malti biex tgħin biex tintlaħaq os-sostenibbiltà insibu l-pjan kontra l-importazzjoni ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li ġew projbiti mill-Ġimgħa 1 ta’ Jannar 2021. Il-Ministru Aaron Farrugia rreaġixxa billi qal illi fl-aħħar snin saru passi lbar 'il quddiem fil-qasam tal-iskart.