Imutu tliet persuni oħra bil-Covid-19; Ifiqu 201 pazjent u jinstabu 143 każ ġdid

Sal-bieraħ ġew amministrati 16,531 doża tat-tilqima kontra l-Covid-19. Minn dawn 616-il persuna ħadu wkoll it-tieni doża

Fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom tliet anzjani oħra bil-Covid-19 li għandhom 92, 93 u 100 sena, biex l-għadd tal-vittmi tela' għal 248

It-tliet anzjani, kollha nisa, mietu fl-isptar Mater Dei, fl-isptar Karin Grech u fl-isptar Good Samaritan.

Apparti minn hekk, ilbieraħ saru 3,111-il test u nstabu 143 każ ġdid, filwaqt li fiequ 201 pazjent.

Dan ifisser, li l-għadd tal-każi attivi f'Malta huwa ta' 2,740 każ. 

Sal-bieraħ ġew amministrati 16,531 doża tat-tilqima kontra l-Covid-19. Minn dawn, 616-il persuna ħadu wkoll it-tieni doża.

Aqra wkoll:

More in Politika