48 multa għal persuni pożittivi għall-virus li kisru l-ordni ta' iżolament

Inħarġu wkoll 202 multi għall-persuni li nqabdu jiksru l-kwarantina

Minn meta bdew l-ispezzjonijiet fuq persuni li jinsabu f'iżolament għax huma pożittivi għall-Covid-19 jew inkella għax jinsabu fi kwarantina, saru xejn inqas minn 66,000 spezzjoni.

Qalet dan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci.

Fil-fatt, inħarġu 48 multa għall-persuni li huma pożittivi għall-virus u li nstabu qed jiksru l-ordni ta' iżolament.

Apparti minn hekk, inħarġu wkoll 202 multi għall-persuni oħra li jinsabu fi kwarantina, kemm għax kienu f'kuntatt ma' persuni infettati jew inkella għax waslu Malta minn pajjiżi fejn hemm rata għolja ta' trasmissjoni u allura hemm il-kwarantina obbligatorja.

Aqra wkoll:

More in Politika