Il-każi mill-festa ta' Santa Venera jitilgħu għal 10 u l-każi attivi jitilgħu għal 140

Il-każi lokali jitilgħu għal 55 u b'kollox dawk attivi għal dawk għal 140

Marċ f'Santa Venera
Marċ f'Santa Venera

Irriżultaw erba' każi oħra ta' Covid-19 mill-festa ta' Santa Venera - biex issa l-każi minn dan il-grupp laħaq l-10 sa issa.  L-ewwel każ feġġ nhar it-Tnejn li għadda wara li rriżulta illi persuna li kienet pożittiva marret il-każin u attendiet għall-marċ.  Dawn l-erba' kienu parti mid-disa' li nstabu pożittivi fl-aħħar 24 siegħa u li huma lokali.  Dan apparti 19-il immigrant li wkoll instabu pożittivi għall-Covid-19 u li kienu parti mit-tieni grupp ta' immigranti tli daħlu f'temp ta' ftit sigħat. 

Dan ifisser li l-każi attivi lokali telgħu għal 55 u dak tal-immigranti telgħu għal 85, għal total ta' 140 każ attiv. 

Il-bullettin tas-saħħa jgħid illi l-maġġoranza ta' dawn id-disa' każi lokali huma żgħażagħ ta' taħt il-35 sena, li hija fl-istess direzzjoni fil-fatt tal-pandemija madwar id-dinja bl-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) tgħid li ħafna mill-każi huma ta' żgħażagħ.

B'kollox fl-aħħar 24 siegħa saru 1,722 swab li jtella' t-total ta swabs għal 125,685.

 

More in Politika