19-il immigrant ieħor jirriżultaw pożittivi għall-Covid-19 .... għal total ta' 85 każ fost immigranti f'jumejn

19-il immigrant ieħor jirriżultaw fil-pożittiv biex f'jumejn jirriżultaw 85 każ fost immigranti li ġew f'Malta f'jumejn

It-33 immigrant li lbieraħ iddaħħlu Malta ġew iżolati u sarilhom swab test għall-Covid-19. 19 minn dawn it-33 immigrant ittestjaw pożittiv.  Bħalma hija l-proċedura normali, l-immigranti li jaslu bil-baħar jinżammu immedjatament fi kwarantina u jiġu ttestjati.

L-immigranti li nstabu li huma pożittivi se jibqgħu jinżammu f’iżolament f’Ħal Far Initial Reception Centre, u l-bqija se jibqgħu fi kwarantina u jiġu segwiti.

Intant fi stqarrija l-gvern Malti qal li se joħroġ sejħa ta’ espressjoni ta’ interess għal bastiment, bil-għan li fuqu jinżammu immigranti fi kwarantina.

Fl-istqarrija l-gvern qal li qiegħed jaħdem bis-sħiħ biex inaqqas il-wasliet lejn Malta, tant li qal fl-aħħar ġimgħat eluf ta’ immigranti li bdew il-vjaġġ mil-Libja kienu salvati fl-ibħra Libjani u ttieħdu lura minn fejn bdew il-vjaġġ. "Baqgħet għaddejja wkoll il-ħidma għal rikolazzjonijiet u ritorn ta’ persuni li ma jkunux eleġibbli għall-protezzjoni."

 

More in Kronaka