Student ILLUM jitnieda fuq l-internet

Il-gazzetta bil-Malti Student ILLUM fl-aħħar għandha preżenza diġitali hekk kif is-sit studentillum.com tnieda

Il-paġna ewlenija tas-sit studentillum.com kif tidher bħalissa
Il-paġna ewlenija tas-sit studentillum.com kif tidher bħalissa

Student ILLUM, gazzetta għall-istudenti Maltin fl-iskejjel sekondarji u terzjarji li hija wkoll il-gazzetta oħt tal-gazzetta ILLUM, għandha preżenza diġitali hekk kif fl-aħħar tnediet bħala sit.

Is-sit huwa aċċessibbli mill-ħolqa https://studentillum.com/ u huwa mmirat għal studenti ta’ bejn it-12 u 18-il sena.

L-għan ewlieni ta’ din il-gazzetta hija biex isservi bħala għajn informattiv għal dawn l-istudenti u żgħażagħ, u sors ta’ aħbarijiet li huwa iktar adattat għal dawk l-etajiet.  Hemm artikli dwar kronaka, persuni fil-politika, sports u divertiment, kif ukoll stejjer fuq l-ambjent u xjenza.

Apparti l-format diġitali, il-gazzetta Student ILLUM hija disponibbli wkoll bħala gazzetta fiżika li hija mqassma b’xejn fl-iskejjel kollha tal-gvern.

More in Kronaka