'Xejn mhu qed iżommna milli mmorru għand il-President, hemm proċess li jrid jieħu l-ħin tiegħu' - Thake

David Thake jiħsaq illi lbieraħ intbagħat messaġġ ċar u Delia għandu jikkunsidra dan il-messaġġ

David Thake, wieħed mid-Deputati voċiferi kontra Delia
David Thake, wieħed mid-Deputati voċiferi kontra Delia

Huwa u ħiereġ mill-Parlament id-Deputat David Thake, meqjus bħala wieħed mid-Deputati kontra Adrian Delia qal illi lbieraħ il-Grupp Parlamentari tal-PN għadda messaġġ ċar u qal illi Delia għandu jikkunsidra li tilef il-maġġoranza fil-Grupp Parlamentari tiegħu. 

Thake sostna li m'għandu xejjn xi jgħid lit-tesserati li għamlu d-deċiżjonijiet tagħhom iżda qal illi l-pajjiż għandu bżonn politika nadifa "u oppożizzjoni li mhi kompromessa b'ebda mod."

Mistoqsi x'qed iżommhom milli jmorru għand il-President tar-Repubblika, Thake qal li xejn mhu qed iżomm lil dawn is-19-il Deputat, iżda fakkar li kollox se jieħu l-ħin tiegħu.

Ara x'ġara ilbieraħ hawn u l-eżitu tal-laqgħa hawnhekk

Ara kif intlaqgħu d-Deputati Nazzjonalisti batta d-Dar Ċentrali kmieni dalgħodu hawnhekk

Ara x'qalu votanti Nazzjonalisti li qalu illi jinsabu dizgustati hawnhekk

Ara min mexxa 'l quddiem din i-rivolta politika kontra Adrian Delia hawnhekk

More in Politika