Adrian Delia jitlef il-fiduċja tal-Grupp Parlamentari ... Delia jisfida u jgħid li se jibqa' Kap tal-Oppożizzjoni

Adrian Delia jikteb l-istorja hekk kif se jsir l-ewwel Kap tal-Oppożizzjoni fi snin li jiġi sfiduċjat mid-Deputati tiegħu stess ...kollox jinsab fuq id-Deputati issa biex jipproċedu

Il-kap tal-PN Adrian Delia
Il-kap tal-PN Adrian Delia

Adrian Delia tilef vot sigriet li sar fil-Grupp Parlamentari dalgħodu biex kien mistenni  - għalkemm Delia qal li se jkun qed jibqa' fil-kariga - jitneħħa minn Kap tal-Oppożizzjoni għalkemm jibqa' Kap tal-Partit Nazzjonalista, hekk kif m'għadx għandu l-maġġoranza tal-membri tal-Oppożizzjoni warajh. Dan ifisser illi fil-Parlament Delia ma jkunx qed jirrapreżenta lid-Deputati Nazzjonalisti.

Biex dan isir iżda d-Deputati Nazzjonalisti issa jridu jitilgħu għand il-President tar-Repubblika u jinfurmawh min huma dawk id-deputati li m'għandhomx fiduċja f'Delia u f'min għandhom fiduċja minflok.  Jekk dan ma jsirx, ma jinbidel xejn.

B'kollox kienu 19-il Deputat li vvvotaw kontra Adrian Delia u 11 favur.

Delia għalhekk illum iffaċċja dik li hija l-eqqel burraxka u l-aktar waħda "politikament mortali" li kellu jiffaċċja fi tliet snin  - b'diversi Deputati waqt il-laqgħa li damet sigħat, parti minn kurrent qawwi ħafna biex jiffaċċja vot ta' fiduċja, li għamlu l-ewwel Kap tal-Oppożizzjoni li tkeċċa mill-kariga mill-membri parlamentari tiegħu stess.  Sorsi fid-Dar Ċentrali qalu illi fost l-aktar voċiferi biex jittieħed vot kien hemm Chris Said li kkontesta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista fl-2017, Therese Comodini Cachia, Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Beppe Fenech Adami u David Thake.  Kien hemm sorsi oħrajn li indikaw illi hemm nies bħal Claudio Grech u Beppe Fenech Adami li qed jimbuttaw lil Said biex jieħu post Delia, anke jekk temporanjament. Sa issa din għadha ma ġietx ikkonfermata.

Il-bidu tal-laqgħa kien kwiet u ddominat minn spjegazzjoni ta' Delia u għalfejn dan dalgħodu mar għand il-pulizija dwar allegazzjonijiet relatati ma' allegat kuntatt ma' Yorgen Fenech.  Jidher iżda illi mal-ħin id-diskussjoni saret taħraq  - speċjalment bir-referenza għall-flus li allegatament għaddew mingħand Fenech għal għand il-PN.

Xi nies preżenti qalu illi f'punt minnhom tard illejla deheru deħlin il-pulzija fid-Dar Ċentrali.

Fl-ewwel kummenti tiegħu Delia qal illi minkejja li jirrispetta d-deċiżjoni tal-Grupp Parlamentari huwa se jkompli xogħolu bħala kap tal-Partit Nazzjonalista, imma anke tal-Oppożizzjoni.  Kif diġa' għidna, l-kariga ta' Kap tal-Oppożizzjoni sserraħ fuq il-Grupp Parlamentari mhux fuq it-tesserati.

Huwa qal illi hu ġiet elett għal terminu wieħed u "ħadd u xejn ma jista' jwaqqafni".  Sostna l-PN ma jistax ikun kredibbli jekk jarmi l-voti 

Għalfejn issejħet il-laqgħa?

Kien tard it-Tlieta filgħaxija li bdiet laqgħa ii ddiskutiet l-aħħar żviluppi li jitrattaw lil Adrian Delia u storja ppubblikata nhar il-Ħadd li għadda dwar messaġġi minn Yorgen Fenech għal għand Delia.  Din il-laqgħa ssejħet wara illi nhar il-Ħadd numru ta' Deputati ltaqgħu fid-Dar Ċentrali wkoll biex jiddiskutu l-aħħar rivelazzjonijiet li deheru fuq il-gazzetta The Sunday Times - li kienu jallegaw illi Fenech u Delia baqa' jkollhom konverżazzjonijiet anke wara li kien żvelat illi 17 Black hija ta' Fenech. 

Intant bosta li tkellmu mal-illum.com.mt qalu li huma ferm irrabbjati li qed isiru dawn l-attakki "moqżieża" fuq Delia, attakki li jgħidu illi ilhom għaddejjin tliet snin sħaħ.  Illum ukoll l-eks Prim Ministru u eks Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi ċaħad li kien medjatur fil-kwistjoni jew li ntalab ikun medjatur.

 

More in Politika