Chris Said fuq quddiem fir-rivolta kontra Delia, 16-il Deputat, Casa u Metsola jsegwu

Ħarsa ħafifa ħafna lejn dawk li mexxew ir-rivolta nazzjonalista tal-bieraħ bil-lejl

Chris Said u Anne Fenech| Ritratt James Bianchi
Chris Said u Anne Fenech| Ritratt James Bianchi

Chris Said  - kontestant għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista fl-2017 - kien fuq quddiem fir-rivolta tal-Grupp Parlamentari ta' dan il-lejl.  19-il Deputat ħaduha kontra Delia u wrew sfiduċja fih, fosthom iż-żewġ MEPs Nazzjonalisti David Casa u Roberta Metsola, spjegaw is-sorsi ta' dan is-sit. Iżda kien Said li mhux biss ressaq mozzjoni, issekondata minn Therese Comodini Cachia imma wkoll li kien voċiferu dwar il-bżonn li dan il-vot jittieħed u fis-sigriet.   Fil-fatt huwa mifhum illi kieku l-vot ma tteħidx fis-sigriet kien jirbaħ Delia

Għalkemm il-vot huwa sigriet u mhux magħruf sorsi li tkellmu ma' dan is-sit qalu illi huwa ovvju li Deputati li dejjem tkellmu kontra Delia - pubblikament u privatament - ivvutaw kontrih.  Fost dawn Beppe Fenech Adami, Jason Azzopardi, Therese Comodini Cachia, David Thake u Karol Aquilina. 

Hemm iżda mistoqsijiet dwar kif ivvutaw Deputati bħal Hermann Schiavone u Kristy Debono, li kienu meqjusin illi kienu leali lejn Delia iżda - speċjalment Schiavone - li fl-aħħar żmien kienu qegħdin apertament jitkellmu kontra l-Kap Nazzjonalista.   Stephen Spiteri ukoll jibqa' mistoqsija, anke jekk sorsi indikaw li vvota konrtra Delia. 

Deputati oħrajn li qed jingħad illi vvutaw kontra Delia huma: Claudio Grech, Kevin Cutajar, Karl Gouder, Ivan Bartolo u Ivan Bartolo l-ieħor, Ryan Callus u Claudette Buttigieg.

More in Politika