Il-każi attivi jonqsu għal-livelli baxxi ... 57 każ attiv hekk kif 17 ifiequ mill-Covid-19

In-numru ta' każi attivi jkompli nieżel ... 

Il-każi attivi ta' Covid-19 f'pajjiżna komplew neżlin biex issa Malta għandha 57 każ attiv, numru komparabbilment baxx ħafna u inqas minn nofs il-każi attivi ta' ġimagħtejn ilu.  Dan in-numru fil-fatt huwa riżultat tal-fatt li 17-il persuna oħra fiequ mill-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa.

Fl-istess perjodu kien hemm biss każ wieħed ġdid. 

Dawn in-numri baxxi jiġu hekk kif ilbieraħ il-Gvern kompla jħabbar aktar rilassament ta' miżuri bil-barijiet u gyms jiftħu nhar il-Ġimgħa u l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta jiftaħ nhar l-1 ta' Lulju. 

Ara hawn x'qal il-PM ilbieraħ u l-lista ta' destinazzjonijiet miftuħin.  Ara hawn x'ħareġ aktar mill-konferenza tal-bieraħ. 

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ilbieraħ qal li Malt rebħet il-gwerra u li issa hemm bżonn li tirrestawra l-paċi. 

Intant illum l-Arċisqof ta' Malta Charles J Scicluna ħabbar illi l-quddies se terġa tinfetaħ għall-pubbliku nhar it-13 u 14 ta' Ġunju. 

More in Politika