Il-qassisin bil-visors u limitu ta' nies fil-Knisja ... mit-13 ta' Ġunju l-knejjes jerġgħu jiftħu

L-Arċisqof ta' Malta Charles J Scicluna jħabbar l-ftuħ mill-ġdid tal-knejjes

Waqt Konferenza fil-binja tal-Kurja l-Arċisqof ta' Malta Charles J Scicluna ħabbar illi l-quddies fil-Knejjes se jerġa jibda nhar it-13 u l-14 ta' Ġunju, li jaħbat ukoll tmiem il-ġimgħa tal-festa Corpus Domini- jiġifieri l-Festa tal-Ekwaristija.

Scicluna qal illi dan se jsir fuq l-istess tliet prinċipji li fuqhom se jkunu qed jinfetħu postijiet oħrajn - jiġifieri l-prinċipji ta' mitigazzjoni permezz tal-iddistanzjar soċjali, maskri u iġene.  Huwa qal illi se jsir kalkolu li fuqu jiġi deċiż kemm jista' jkun hemm nies f'kull Knisja partikolari, skont id-daqs tal-binja. 

Ħabbar illi l-qassisin se jkunu jistgħu jqarbnu bl-użu tal-visor u li fl-ebda ħin ma jkun hemm kuntatt, bejnu u l-pesuna li se titqarben. 

L-Arċisqof temm jgħid li min  ma jistax imur il-quddies għal xi raġuni, m'għandux iħossu mtaqqal u li l-Knisja tifhem li għalissa mhux kulħadd jista' jattendi.

More in Politika