Il-ġisem ta' Pelin Kaya jitlaq lejn it-Turkija... Jistennewha għall-aħħar darba ommha u missierha

Il-familja tgħid li minkejja li Pelin telqet mejta minn Malta, id-determinazzjoni tagħhom li ssir ġustizzja hija ħajja...

Wiċċ Pelin Kaya ma' bukkett fjuri, fil-post fejn inqatlet
Wiċċ Pelin Kaya ma' bukkett fjuri, fil-post fejn inqatlet

Illejla l-ġisem ta' Pelin Kaya - it-tfajla li nqatlet kiesaħ u biered minn raġel li kien qed isuq fuq l-effett tad-droga u x-xorb u li wara li tajjarha ħareġ mill-karozza u baqa' jkun vjolenti lejha, lejn dawk li marru jagħtu l-għajnuna u anke lejn il-pulizija - ttieħed lejn it-Turkija. Jistennewha se jkun hemm ommha u missierha illi tant kienu mweġġa' li ma felħux itiru lejn Malta u minflok ġiet Malta oħtha. Ilbieraħ fil-fatt oħtha flimkien ma' membri oħrajn tal-familja nidirzzaw lill-midja permezz ta' interpretu, minkejja li kienu fi stat ta' dulur kbir.

F'messaġġ permezz tal-avukati tagħhom il-familja qalet illi l-viġili li saret ilbieraħ propju fil-post fejn inqatlet Kaya, "kien mument sinjifikanti għall-famija tagħna u ninsabu grati lejn is-solidarjetà li ntweriet lejna u lejn dawk kollha li offrew l-għajnuna tagħhom jew offrew kliem ta' kuraġġ."

L-Istqarrija tal-familja tgħid illi minkejja li Pelin telqet minn Malta mingħajr ħajja, it-twemmin tagħhom li ssir ġustizzja huwa ħaj. "Se niġġieldu f'isem Pelin ħalli dawk li waqqfu l-ħajja mill-isbaħ tagħha jieħdu dak li ħaqqhom u ma jweġġgħu lil ħadd aktar."

Huma rringrazzjaw lill-Gvern u lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għall-kooperazzjoni tagħhom u anke lill-ambaxxata Torka f'Malta. 

Akkużat bil-qtil ta' Pelin huwa Jeremie Camilleri, bil-Prosekuzzjoni tgħid li dan ma kienx sempliċiment inċident

More in Kronaka