Abela u int: X'qed iwegħdek Robert Abela jekk terġa' teleġġiħ fil-Gvern? (2)
Wara ħarsa dettaljata lejn il-proposti Nazzjonalisti issa kien imiss lil din il-gazzetta tagħti ħarsa lejn uħud mill-proposti tal-Partit Laburista...
minn Albert Gauci Cunningham
F'dan it-tieni parti tal-artiklu inkomplu nagħtu ħarsa len uħud mill-miżuri u mill-wegħdi tal-Partit Laburista, wara li dan l-istess sit elenka wkoll il-miżuri u wegħdi tal-Partit Nazzjonalista. Ara hawnhekk l-ewwel parti ta' dan l-artiklu, li tratta fost oħrajn il-First Time Buyers u l-Pensjonanti.
Robert u n-negozji: Inqas taxxa, kont tal-bank u għotja lil min ikabbar u jinvesti
- Il-Partit Laburista qed iwiegħed li lura fil-Gvern jilleġiżla biex kull negozjant u self employed jkollu dritt għall-kont tal-bank, sakemm dan ikun negozju leġittimu.
- Tonqos ir-rata ta' taxxa għall-kumpaniji, il-Corporate tax rate, minn 35% għal 25%
- Credit Review Office, biex jgħin sabiex self għal negozji ma jdumx xhur biex ikun aċċettat
- Ċentralizzazzjoni tal-proċessi kollha tad-Due Diligence biex jekk isir Due Diligence għal entità waħda din tkun tgħodd għal entità oħra.
- Skemi ta' investiment: Għotja ta' skemi ta' investiment lil kumpaniji kollha li jkabbru l-operat permezz ta' investiment f'apparat, tkabbir u aktar. Dawn se jingħataw lura 30% tal-investiment, liema għotja tiżdied b'10% jekk kumpanija tinvesti f'Għawdex
- Rifużjoni tat-taxxa għall-profitt li jiġi rijinvestit
- Gvern ġdid Laburista jgħin fil-ħlas tal-Energy Audit u jagħti għajnuna lil dawk in-negozji li jdawwru lin-negozju f'wieħed sostenibbli
- Qafas legali u speċifiku għall-istart ups, bi prijorità għall-eco start ups
Robert u n-Nisa: Aktar nisa fix-xogħol u screening aktar kmieni
- Il-PL iħallas sa' 30% fuq massimu ta' €6,000 għal medda ta' tliet snin għall-kumapaniji li jimpjegaw nisa 'l fuq minn 40 sena, li qatt ma kienu fis-suq ta-xogħol.
- Kumpaniji li jħaddmu 50 persuna jew aktar u għandhom 40% tat-tmexxija tagħhom li huma nisa se jingħataw tax credit ta' €50,000
- Titbaxxa l-età għall-iscreening tal-kanċer tas-sider tan-nisa għal 45 sena minn 50 sena, bħalissa
- Il-pillola kontraċettiva u l-morning after pill jibdew jitqassmu b’xejn mill-ispiżeriji u ċ-ċentri tas-saħħa. L-istess l-intrauterine contraceptive device (IUD) - tip ta' kontraċettiv li jitpoġġa fl-utru
- Jitqassmu b’xejn prodotti relatati mal-menstruazzjoni fl-iskejjel sabiex tinqered l-istigma li għadha assoċjata ma’ dan il-proċess naturali
Robert u l-Ambjent: Żoni pedonali, ġonna urbani u aktar
- Il-Ġnien Karin Grech jiġi estiż biex iż-żona ta' quddiem il-Knisja ta' San Ġwann issir żona pedonali. It-traffiku jgħaddi minn mina taħt l-art
- L-istess kunċett immexxi 'l quddiem minn ditta ta' periti biex Triq Sant'Anna wkoll issir pedonali u żona ta' ġnien filwaqt t-traffiku mill-ġdid jgħaddi taħt l-art
- Titneħħa l-Fabbrika tal-Ħalib fil-Ħamrun biex minflokha jsir ġnien. Dan ikollu parkeġġ taħt l-art filwaqt li l-ġnien se jkun kbir 10 tomniet.
- Żona bejn Bormla u l-Isla li kienet ser issir dormitorju tal-Università Amerikana ta' Malta, issa se tkun qed issir spazju aħdar. Il-Parkeġġ isir taħt l-art.
- Fir-Rabat Għawdex l-istess. Il-parkeġġ il-kbir viċin il-venda qed ikun propost li jinżel taħt l-art sabiex minfloku jsir ġnien pubbliku u spazju aħdar
Robert u s-saħħa: Tilqima tal-HPV lis-subien u mediċini tal-kanċer b’xejn
- Tilqima tal-HPV lis-subien ta' 12-il sena u 'l fuq bi spiża totali ta' €700,000 kull sena.
- Mediċini oħra għal persuni li jbatu mill-fibromyalgia - Bi spiża totali ta' €100,000 kull sena.
- Għall-persuni li jbatu bid-diabete: mill-ewwel ta' April, se tiżdied l-età tal-glucose monitoring minn 16 għal 21 sena. Minn Novembru l-età se tiġi estiża sa' 35 sena - Bi spiża totali ta' miljun ewro.
- Fl-2023 il-glucose monitors se jingħataw lill-pazjenti kollha li għandhom id-diabete - Bi spiża totali ta' €1.2 miljun.
- Tingħata mediċina ekwivalenti għax-Xarelto minn Mejju 2022 - Bi spiża totali ta' €5 miljun.
- F'Awwissu tingħata mediċina għal pazjenti bl-osteoporżi.
- Mediċini għall-pazjenti bil-kanċer kollha kompletament b'xejn.
- Mediċini bħall-PrEP u l-PEP biex jikkumbattu l-HIV bla ħlas.
- Hearing aids għal dawk li niqsin mis-smigħ.
- Id-diskussjoni fuq l-aġenda nazzjonali fuq l-ewtanażja volontarja għall-persuni b'mard terminali.
- Mijiet ta' persuni qed isofru minn effetti sekondarji wara li ġew pożittivi għall-Covid-19 u għalhekk jekk il-PL jingħata l-fiduċja se jinfetħu tliet kliniċi għall-pazjenti bil-long covid.
Robert u persuni LGBTIQ: L-Operazzjoni tal-Gender Reassignment mingħajr ħlas
- L-operazzjoni biex persuna tbiddel is-sess tagħha (gender-reassignment) offruta bla ħlas.
- Ċentru għall-kommunità LGBITQ+ taħt saqaf wieħed għas-servizzi kollha
- L-għoti tad-demm ikun ugwali għall-kulħadd inkluż persuni omosesswali
Ara iktar dwar il-proposti tal-Ambjent: Hawnhekk
Ara Aktar dwar il-proposti tas-Saħħa: Hawnhekk
Ara aktar dwar il-proposti tal-PL dwar l-edukazzjoni: Hawnhekk