Abela u int: X'qed iwegħdek Robert Abela jekk terġa' teleġġiħ fil-Gvern? (1)
Wara ħarsa dettajata lejn il-proposti Nazzjonalisti issa kien imiss lil din il-gazzetta tagħti ħarsa lejn uħud mill-proposti tal-Partit Laburista...
16 ta' Marzu 2022 20:03
minn Albert Gauci Cunningham / Anthea Cachia
minn Albert Gauci Cunningham / Anthea Cachia
Robert u l-but: Inqas taxxa u ċekkijiet
- Għal dawk li jirreġistraw komputazzjoni ta' taxxa ta' ġenitur l-ammont ta' dħul mhux taxxabbli se jitla' minn €10,500 għal €12,200
- Dawk li għandhom komputazzjoni Single se jaraw li dak taxxabbli jitla' minn €9,100 għal €10,800
- Għal dawk li jirreġistraw komputazzjoni ta' miżżewġin d-dħul mhux taxxabbli se jiżdied minn €12,700 għal €14,400
- Il-PL jgħid li b'hekk il-familji se jiffrankaw minimu ta' €255 fis-sena
- Żieda fiċ-childrens allowance ta' €90 kull sena - u allura żieda ta' €450 sal-aħħar tal-leġiżlatura
- Jiżdied l-In Work Benefit b'€50
- Il-PL fil-Gvern ikompli jibgħat iċ-ċekkijiet fil-forma ta' rifużjoni tat-taxxa. Fl-aħħar ta' din il-leġiżlatura huwa ħabbar żieda ta' kemm se jintbagħtu flus f'rifużjoni, bil-pensjonanti jieħdu €200 kull wieħed u ċekk addizzjonali għall-ħaddiema u studenti fost oħrajn biex jilqa' għall-għoli tal-ħajja
Robert u l-First Time Buyers: €1,000 fis-sena u aktar
- L-iskema tad-depożitu tal-10% se tkun estiża: Kienet tgħodd biss għall-proprjetà b'valur massimu ta' €175,000. Issa se tiġi estiża għal proprjetajiet b'valur ta' €225,000
- €1,000 kull sena mis-self tal-first-time buyers għall-ewwel għaxar snin ta' ħlas. B'hekk b'kollox se jitnaqqas total ta' €10,000 mil-loan tal-first-time buyers
- Il-Gvern jibqa' jsostni skemi diġà eżistenti bħal Equity Sharing, għotja ta' €15,000 għal min jixtri f'Urban Conservation Area u Tnaqqis fit-taxxa tal-boll biex koppji u individwi jiffrankaw sa' massimu ta' €6,500. Minn din il-miżura sa' issa ibbenefikaw minnha 28,000 persuna
Robert u l-anzjani: Kontijiet inqas u pensjonijiet ogħla
- Il-pensjonijiet jibqgħu jiżdiedu biex f'temp ta' leġiżlatura jkunu żdiedu €15 oħra fil-ġimgħa jew total ta' €780 fis-sena.
- Mediċini b’xejn għall-anzjani kollha
- Aktar anzjani jibdew igawdu mill-Benefiċċju tal-Enerġija hekk kif jogħla l-limitu għal €2,500 fis-sena
Robert u d-Diżabilità: Żieda ta' €4,250 li carers
- L-għajnuna li tingħata lill-carers li jieħdu ħsieb tfal jew adulti li għandhom diżabilità severa se tiżdied bil-kbir: Minn €500 għal €4,750 - jew nofs il-paga minima. Dan jgħodd għal €395 fix-xahar għal full time carers ż
- Jitwaqqaf ċentru taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) f'Għawdex biex joffri s-servizzi li bħalissa qed jiġu offruti minn Malta bis
Robert u t-tfal: Aktar Children's Allowance, estensjoni tal-IVF u laptop
- Titwessa' x-xjenza biex jiġu mgħejjuna koppji li sofrew, temmew ċikli tal-IVF jew li għandhom storja ta' kumplikazzjonijiet. Din il-wegħda hija separata minn kunċetti bħal surrogacy.
- Estensjoni tal-IVF biex koppja jkollha it-tieni wild ukoll. Fakkar ukoll li l-Gvern diġà ħabbar li se jingħataw mediċini tal-IVF mingħajr ħlas minn Jannar li għadda
- Jiżdied il-bonus mogħti għall-ġenituri li jadottaw
- Jiġu ffinanzjati l-attivitajiet extra-kurrikulari ta' arti u kultura, biex b'hekk ikun aċċertat li kulħadd ikun jista' jipparteċipa. Dan ser isir permezz ta' kreditu ta' taxxa ta' €300
- Laptop b'xejn għall-istudenti tas-seba' sena
- Għajnuna għal uniformijiet ġodda lil dawk il-familji bi dħul baxx
- Sett Kotba għat-tfal kull sena
- Tiġġedded il-garanzija taż-żgħażagħ, b'€500 għal tliet snin jew €1,500 lil dawk il-ġenituri li t-tfal tagħhom ikomplu bl-edukazzjoni lilhinn mill-età obbligatorja ta' 16-il sena, filwaqt li studenti li jgħixu waħedhom jieħdu dawn il-flus huma
- Childcare b'xejn għat-tfal kollha, irrispettivament il-ġenituri jaħdmux jew le
Ara iktar dwar il-proposti tal-Ambjent: Hawnhekk
Ara Aktar dwar il-proposti tas-Saħħa: Hawnhekk
Ara aktar dwar il-proposti tal-PL dwar l-edukazzjoni: Hawnhekk
Albert Gauci Cunningham, 38 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta ILLUM u tas-sit illum....
More in Elezzjoni 2022
Albert Gauci Cunningham