Appelli hekk kif art maħduma minn bidwi fl-Imrieħel tinsab mhedda minn żvilupp ta' flyover

Moviment Graffitti tappella lill-komunità tal-bdiewa biex tingħaqad kontra "armata ta' gafef immexxija mill-bulijiet'

Il-konferenza organizzata mill-Moviment Graffitti
Il-konferenza organizzata mill-Moviment Graffitti

Il-Moviment Graffitti appellat lill-komunità tal-bdiewa u sidien ta' art meħuda mill-Gvern biex jingħaqdu kontra Infrastructure Malta, u dan hekk kif familja mill-Imrieħel wegħdet illi se tiġġieled it-teħid tal-art, li darba kienet ODZ, sal-aħħar wara "Frederick Azzopardi mil-istess Infrastructure Malta qalilna li gawdeniha biżżejjed." 

Wayne Flask mill-istess moviment fil-fatt appella biex il-bdiewa iqumu kontra dik li sejjaħ "armata ta' gafef immexxija mill-bulijiet'.

Carmel Bonello, bidwi, li indirizza l-konferenza flimkien mal-Moviment Graffitti qal li qed jopponi it-twessigħ tal-bypass tal-Imrieħel inkluż flyover, li ddeskriva bħala 'bla sens' għaliex xorta se jerġa jinġema t-traffiku meta i-triq, minn tliet karreġġjati tinżel għal tnejn iktar 'l quddiem. 

Anna Louise Scerri Montalto, is-sid tal-art, iddeskriviet iż-żona bħala "l-aħħar pulmun ta' Ħal Qormi" u qalet illi l-pjanijiet se jħallu impatt "terribbli".  Qalet illi it-Torri ta' Pinto, mibni mit-tafal, probabbilment se jkun meqrud bil-vibrazzjonijiet li se joħloq ix-xogħol filwaqt li qalet ukoll illi l-proġett fil-verità se joħloq aktar inkonvenjent. 

Carmel Bonello, il-bidwi li jaħdem l-art
Carmel Bonello, il-bidwi li jaħdem l-art

Marianna Calleja, bint il-bidwi, qalet illi l-art kienet stuprata u mmaniġġjata ħażin fl-1991 meta nbena l-kumpless industrijali u l-bypass.  Hija qalet illi tiftakar lin-nanna tirrakontalha kif f'dik is-sena nannuha kien mhedded b'arrest minħabba l-bini tal-bypass.  Hi tgħid illi meta l-familja - preżentement - marret għand Frederick Azzopardi qalilhom 'gawdejtuha biżżejjed dik l-art'.  Hi akkużat lill-entità illi serqitilhom l-art u staqsiet jekk din l-istess entità gawdietx biżżejjed dak li ħadet minn proġetti oħrajn, bħal dak tas-Central Link. 

L-art li se tagħmel spazju għall-iżvilupp
L-art li se tagħmel spazju għall-iżvilupp

Ara r-reazzjoni ta' Infrastructure Malta u tal-PN hawnhekk. 

More in Socjali