Raġel Albaniż ta’ 34 sena qed jaffaċċja akkużi ta’ ġrieħi gravi kontra s-sieħba tiegħu wara li din ma wieġbitx it-telefon waqt li kienet xogħol.
L-inċident seħħ fid-dar tagħhom f'Burmarrad, fejn iż-żewġ partijiet jgħixu flimkien mat-tifel tagħhom.
L-Ispettur Antonello Magri spjega li s-sieħba ma wieġbitx it-telefon għax kienet ħallietu “silent” waqt li kienet qed taħdem, u li r-raġel pprova jċemplilha diversi drabi.
Wara li waslet id-dar minn xogħolha, kien hemm argument bejn iż-żewġ partijiet hekk kif ir-raġel talab jifhem għaliex ma wieġbitx it-telefon. L-akkużat telaq mid-dar u reġa’ lura fis-sakra.
Argument ieħor kompla meta r-raġel resaq lejn is-sieħba tiegħu b'sikkina u għeddida. Huwa niżżel s-sikkina iżda komplabilli tagħħda daqqa ta' ponn u ta daqqa b'mowbajl.
Il-qorti saret taf li t-tifel tagħhom kien qed isegwi l-inċident.
Ma ġietx ippreżentata talba għall-libertà proviżorja u ġiet mitluba ordni ta’ protezzjoni favur is-sieħba.
L-Avukat Ġenerali Valentina Cassar u l-Ispettur Antonello Magri ħadu ħsieb il-prosekuzzjoni, filwaqt li l-avukat ta’ għajnuna legali Rachel Tua deher għall-akkużat.
Il-każ instema quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech