Għall-ħabta tat-3.30am seħħ inċident f’lukanda f’Tas-Sliema fejn kellom jiġu evekwati numru ta' residenti ħabba n-nirien.
Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili minn stazzjonijiet 2, 4 u 11 kienu sejħa fuq il-post u bħala prekawzjoni, ġie evakwat il-bini kollu. B’kollox, 22 residenti ġew evakwati minn fuq il-post, bl-għajnuna tal-pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-persuni evakwati ġew assenjati lil tim mediku li kien fuq il-post. Fortunatament, ħadd ma kellu bżonn jiddaħħal l-isptar.
Fuq il-post intbagħtu wkoll żewġ ambulanzi bi tlett tobba, sitt infermieri u tmien uffiċjali oħra tal-għajnuna medika biex jassistu fir-rispons immedjat.
Il-Protezzjoni Ċivili rnexxielha tikkontrolla n-nirien, filwaqt li l-Pulizija wkoll kienet fuq il-post biex tassisti u tiżgura l-ordni.