Raġel Brażiljan ta’ 36 sena, residenti Sliema, Wallace Oliviera Santos Junior, ġie akkużat b’sewqan tal-karozza taħt l-effett tal-alkoħol, ħsara involontarja lil proprjetà u sewwieq irresponsabbli.
Test tal-breathalyser wera li Santos kien erba’ darbiet ‘il fuq mil-limitu legali tal-alkoħol.
Il-Brażiljan ammetta l-akkużi kontrih kkonferma li kien jaf bir-riżultati u konsegwenzi ta' dan.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qratlu sentenza ta’ disa' xhur priġunerija, sospiża għal tliet snin, waqt li l-liċenzja tiegħu se tiġi sospiża għal perjodu ta’ sentejn.
L-Ispettur Nathan Bugeja kien qed jipprosekuta, filwaqt li l-avukat difensur Alfred Abela deher għall-imputat.