Il-pulizija jitolbu għajnuna biex jinstab raġel b’rabta ma’ każ fil-Qorti

Il-Pulizija qed jappellaw għall-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab Stacy Chircop, li huwa mfittex b’ordni tal-Maġistrat b’rabta ma’ każ pendenti fil-Qorti

Stacy Chircop huwa mfittex mill-pulizija fuq każ pendenti fil-qorti
Stacy Chircop huwa mfittex mill-pulizija fuq każ pendenti fil-qorti

Il-Pulizija qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab Stacy Chircop, raġel li qed jiġi mfittex b’ordni tal-Maġistrat b’rabta ma’ każ pendenti fil-Qorti.

F’komunikat uffiċjali, il-Korp tal-Pulizija appella lil kull min għandu informazzjoni dwar fejn jista’ jkun Chircop biex jagħmel kuntatt mal-awtoritajiet kemm jista’ jkun malajr.

Il-pubbliku jista’ jgħaddi l-informazzjoni billi jibgħat messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tal-Pulizija fuq Facebook. Min jippreferi jista’ wkoll iċempel lill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fuq in-numri 21224001 jew 119, anke b’mod anonimu, jew imur fl-eqreb għassa tal-pulizija.

Għandha tiġi kkwotata r-referenza numru 16/2025.

More in Qrati u Pulizija