Raġel ta' 67 sena tilef ħajtu ftit wara li wasal l-Isptar Mater Dei wara li waqa' madwar sular għoli mill-kamra tal-bejt ta' daru fi Triq l-Antinni, il-Mosta.
Il-pulizija, flimkien ma' tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, marru fuq il-post biex jgħinu lir-raġel, li nstab f'qagħda kritika.
Ir-raġel ittieħed l-isptar permezz t'ambulanza iżda ġie ċċertifikat mejjet iktar tard.
Il-Maġistrat Joseph Mifsud kien infurmat rigward il-każ u b'hekk ħatar diversi esperti sabiex jgħinu fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-pulizija fir-rigward ta' dal-każ għadhom għaddejjin.