L-istħarriġ tal-pulizija skopra biss seba’ karti tal-identità foloz

Investigazzjonijiet tal-pulizija jiskopru biss seba' karti tal-identità foloz fil-kuntest tar-racket ta' Identità, minflok eluf li inizjalment kienu allegati

Maria Spiteri (xellug) u Bernard Attard (lemin)(Ritratti: James Bianchi/MaltaToday)
Maria Spiteri (xellug) u Bernard Attard (lemin)(Ritratti: James Bianchi/MaltaToday)

Ġew skoperti biss seba’ karti tal-identità foloz, u mhux eluf li inizjalment kienu sugġeriti b’rabta mar-racket tal- Identità, il-Qorti semgħet nhar it-Tlieta.

L-istħarriġ tal-provi kontra l-eks-impjegata ta’ Identità Maria Rita Spiteri u l-bejjiegħ tal-karozzi Bernard Attard, li bħalissa qed jiffaċċjaw akkużi ta’ ħasil ta’ flus, traffikar tal- bniedem, tixħim ta’ identità u frodi u falsifikazzjoni, kompla t-Tlieta waranofsinhar.

Fis-seduta ta' qabel, il-Qorti saret taf li l-allegati frodaturi talbu lil barranin eluf ta’ ewro bi skambju għall-karti tal- identità foloz.
Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-avukat Manuel Grech, spjegat li minkejja li l-allegazzjoni inizjali issuggestiet eluf ta’ karti’ tal-identità falza, l-istħarriġ tal-pulizija skopra biss seba' karti foloz. 

Dan ġie kkonfermat ukoll mill-eks-Kap tal-konformità fl-Identità, Claudio Spiteri. Meta mistoqsi mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, Spiteri qal li l-Identità kellha 16 il-fajl relatati mal-każ.
“Qatt ma smajt b’dawn l-eluf ta’ karta’ tal-identità msemmija,” qal Spiteri lill-Qorti.

Il-prosekuzzjoni spjegat ukoll li investigaw diversi ittri b’indirizzi ħżiena, ftehimiet ta’ kiri, fatturi tal-internet, u oħrajn, iżda għal darb’oħra kkonfermat li sabu biss seba’ karti tal-identità foloz

.Spiteri żvela wkoll li waqt li kien jaħdem l-Identita’, ġie mitlub li jinvestiga każ li jikkonsisti fi tliet nies Eġizzjani li kienu rċevew status ta’ residenza wara li pretendew li kienu miżżewġin ma’ ċittadini tar-Renju Unit.

Madankollu, wara aktar investigazzjonijiet, instab li dawn ma kinux jafu lil xulxin. Spiteri għadda l-każ lill-pulizija u l-frodi ġiet skoperta.

L-ispetturi Andy Rotin, Keith Darmanin, Lara Butters, Christian Abela, b’għajnuna tal-avukati tal-Aġenzija Ġuridika Manuel Grech u Andrea Zammit ipprosekutaw.
Il-Qorti kienet immexxija mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.
L-avukati Alfred Abela u Rene Darmanin kienu id-difiża għal Spiteri.
L-avukati Jose Herrera u Matthew Xuereb kienu id-difiża għal Attard.

Xhieda fil-Qorti ġġib fix-xejn il-gideb tal-Partit Nazzjonalista : Stqarrija mill- PL

F’xhieda fil-Qorti f’każ investigat mill-Pulizija wara li ħadmu s-sistemi interni ta’ checks and balances fi ħdan Identità, irriżultat bl-ikar mod ċar kif l-allegazzjoni li ħarġu 18,000 karta tal-identità falza mll-istess Identità ma kienet xejn għajr allegazzjoni bla bażi li l-Partit Nazzjonalista bbaża fuqha attakki politiċi, talbiet għar-riżenji u saħansitra protesti, dan kien dak li ntqal fi stqarrija li ħargu il-Partit Laburista. 
 
Il-PL kompla jgħid li saħansitra kienet il-midja tal-Partit Nazzjonalista li fl-aħħar sigħat kellha tirrapporta kif minn din ix-xhieda tal-prosekuzzjoni fil-Qorti rriżulta li kien hemm biss seba’ allegati każi. Każi li nqabdu għax l-awtoritajiet kienu effettivi fis-sistemi tagħhom li jaqbdu l-abbuż qabel kwalunkwe rapport fil-midja.

More in Qrati u Pulizija