Raġel ta’ 35 sena jitlef ħajtu f’inċident bil-mutur f’San Pawl il-Baħar

Shaun Coppola ta’ 35 sena minn Ħal Qormi identifikat bħala l-vittma tal-inċident tat-traffiku fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar

Ritratt: James Bianchi/Malta Today
Ritratt: James Bianchi/Malta Today

Motociklist ta’ 35 sena tilef ħajtu wara inċident traġiku li seħħ aktar kmieni illum fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar. Skont il-Pulizija, l-inċident ġara għall-ħabta tas-12:30pm meta l-vittma, raġel minn Ħal Qormi, tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu tat-tip Suzuki u baqa’ dieħel fil-barrieri li jifirdu t-triq bejn iż-żewġ direzzjonijiet tat-traffiku.

il- vittma ġie identifikat bħala Shaun Coppola

It-triq ingħalqet kompletament — kemm fil-karreġġjata tat-tramuntana kif ukoll f’dik tan-nofsinhar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku iżda sfortunatament il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia ħatar diversi esperti sabiex jinvestigaw iċ-ċirkustanzi ta’ dan l-inċident, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji mistennija jitħabbru fil-jiem li ġejjin hekk kif tkompli l-inkjesta.

More in Qrati u Pulizija