Tifel ta’ 5 snin fil-periklu tal-mewt wara inċident fi Triq iċ-Ċern

Tifel ta’ ħames snin qed jiġi kkurat għall-ġrieħi serji wara li ntlaqat minn karozza fi Triq iċ-Ċern aktar kmieni llum. It-tifel sofra ġrieħi f’rasu u ttieħed immedjatament l-isptar.

Tifel ta’ ħames snin sofra ġrieħi serji wara inċident tat-traffiku li seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar (1315hrs), fi Triq iċ-Ċern.

Skont l-ewwel informazzjoni mill-Pulizija, jidher li t-tifel intlaqat b’mera ta’ karozza tat-tip Volkswagen Polo li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 22 sena residenti l-Imsida. L-impatt ikkawża ġrieħi f’ras it-tifel.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lit-tifel, li mbagħad ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija