Ħaddiema ta’ childcare akkużata bi theddida falza ta’ bomba f'Ħaż-Żebbuġ

Fit-2 ta’ Diċembru 2024, il-Pulizija rċevew diversi rapporti dwar theddidiet ta’ bomba, li kienu ntbagħtu b’email. Madankollu, filgħodu tal-istess ġurnata, l-Ispettur irċieva informazzjoni dwar theddida oħra li kienet immirata lejn ċentru ta’ childcare f’Ħaż-Żebbuġ

Mara ta’ 28 sena, li taħdem bħala ħaddiema f’ċentru ta’ childcare, tressqet il-Qorti nhar l-Erbgħa akkużata li għamlet telefonata b’ċajta fejn allegatament ħolqot theddida falza ta’ bomba f’childcare f’Ħaż-Żebbuġ.

L-akkużata ċaħdet l-akkużi kollha miġjuba kontriha, fosthom is-simulazzjoni ta’ reat, it-tixrid ta’ aħbarijiet foloz, u l-użu ħażin ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni tat-telefon.

L-Ispettur James Mallia spjega li fit-2 ta’ Diċembru 2024, il-Pulizija rċevew diversi rapporti dwar theddidiet ta’ bomba, li kienu ntbagħtu b’email. Madankollu, filgħodu tal-istess ġurnata, l-Ispettur irċieva informazzjoni dwar theddida oħra li kienet immirata lejn ċentru ta’ childcare f’Ħaż-Żebbuġ. Din it-theddida kienet differenti, għax minflok email, kienet saret permezz ta’ telefonata.

Mallia rrakkonta kif, erba’ minuti biss wara li telaq mill-Belt Valletta, wasal fuq il-post u ordna evakwazzjoni immedjata tal-binja. Ftit wara, iżda, kien infurmat minn kuntistabbli rrabjat li l-każ ma kien xejn ħlief ċajta.

L-akkużata stess avviċinat lill-Ispettur fuq il-post u ammettiet li kienet ħarġet it-theddida bħala ċajta, billi sostniet li “ma kinitx taf li l-affarijiet kienu se jaslu hawnhekk”. Hija ġiet arrestata fuq il-post.

Meta ġie mistoqsi mid-difiża, immexxija mill-Avukat Franco Debono, l-Ispettur Mallia ammetta li l-akkużata kienet kooperattiva u li t-telefonata tagħha kienet intenzjonata bħala ċajta.

L-akkużata qed tkunpreżentata mill-Avukati Franco Debono u Adreana Zammit.

More in Qrati u Pulizija