Raġel b'ġrieħi gravi wara ħabta fil-Mosta

Raġel ta' 30 sena b'ġrieħi gravi wara ħabta ma' karozza nhar il-Ħadd filgħaxija, titniedi inkjesta maġisterjali u investigazzjoni mill-pulizija

Riżultat tal-ħabta (Ritratt: Pulizija ta' Malta)
Riżultat tal-ħabta (Ritratt: Pulizija ta' Malta)

Raġel ta' 30 sena b'ġrieħi gravi wara ħabta li seħet il-Ħadd filgħaxija fi Triq iż-Żejfa, Mosta.

Il-pulizija ġiet infurmata bl-aċċident għal-ħabta tas-6pm u investigazzjonijiet preliminari wrew li ħabta bejn karozza tal-għamla Kia Sportage, misjuqa minn mara ta' 34 sena mir-Rabat u mutur tal-għamla Suzuki misjuq minn raġel Indjan residenti Birkirkara.

Tim mediku mar fuq il-post u s-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei b'ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed issofri ġrieħi gravi.

Il-Maġistrat Joseph Mifsud nieda inkjesta fuq dan il-każ waqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija