Raġel l-isptar wara li tilef kontroll tal-vann u daħal f'siġra

Raġel ta' 28 sena minn San Ġiljan, ittieħed l-isptar għal ġrieħi u x-xokk li sofra wara li tilef il-kontroll tal-vann u baqa' dieħel ġo siġra fit- Telgħa t’Alla u Ommu bejn in-Naxxar u Burmarrad

Kelliem għall-Pulizija qal lill-ILLUM li l-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-11am. (Ritratt: TVM)
Kelliem għall-Pulizija qal lill-ILLUM li l-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-11am. (Ritratt: TVM)

Raġel ta’ 28 sena sofra xi ġrieħi wara inċident fit- Telgħa t’Alla u Ommu bejn in-Naxxar u Burmarrad.

Kelliem għall-Pulizija qal lill-ILLUM li l-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-11am.

Investigazzjonijiet preliminarji wrew li r-raġel, resident San Ġiljan, tilef il-kontroll tal-vann li kien qiegħed isuq u daħal f’siġra.

Il-Pulizija u l-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili kienu nfurmati minnufih u marru fuq il-post tal-inċident.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija