Is-suspettat traffikant tad-droga Mohamed Ali Ahmed Elmushraty, magħruf aħjar bħala Lilu King, se jkun mressaq b’akkużi marbuta ma’ argument li kellu mal-pulizija l-Ġimgħa filgħaxija.
Filmati tal-inċident fuq il-midja soċjali juru lil Lilu King iwerżaq f’wiċċ numru ta’ pulizija.
Dan is-sit jista’ jifhem li l-akkużi miġjuba kontrih fil-fatt jinkludu l-insult u theddid ta’ uffiċjali.
@illum_mt Is-suspettat traffikant tad-droga Mohamed Ali Ahmed Elmushraty, magħruf aħjar bħala Lilu King, se jkun mressaq b’akkużi marbuta ma’ argument li kellu mal-pulizija l-Ġimgħa filgħaxija. Filmati tal-inċident fuq il-midja soċjali juru lil Lilu King iwerżaq f’wiċċ numru ta’ pulizija. Dan is-sit jista’ jifhem li l-akkużi miġjuba kontrih fil-fatt jinkludu l-insult u theddid ta’ uffiċjali. Aqra aktar fuq www.illum.com.mt #liluking #maltanews #fypmalta #maltatiktok ♬ original sound - ILLUM
Elmushraty bħalissa qiegħed barra fuq bail, wara li kien akkużat xhur ilu bl-involviment tiegħu fi grupp kriminali marbut ma’ ħasil tal-flus u traffikar tad-droga.
Waħda mill-kundizzjonijiet li biha ħareġ fuq bail hija dik tal-curfew, fejn irid ikun id-dar bejn id-9pm u s-7am.
Huwa mifhum illi għal dan il-lejl, huwa ingħata estenzjoni tal-curfew biex jibqa’ barra sas-2:30am tas-Sibt 1 ta’ Ġunju.
Din l-eċċezzjoni ngħatat mill-Qorti stess, minkejja l-oppożizzjoni tal-uffiċju tal-Avukat Ġenerali.